Barranin
L-Indja twaqqaf l-irġiel milli jkollhom x’jaqsmu ma’ bniet taħt l-età

Il-Qorti Suprema tal-Indja ddikjarat nulla klawżola tal-liġi li tħalli lill-irġiel ikollhom x’jaqsmu sesswalment ma’ bniet taħt l-età li jkunu żżewġu.

Din il-klawżola, li kienet parti mil-liġi dwar l-istupru, kienet tippermetti lill-irġiel li jagħmlu s-sess ma’ bniet li jkunu żżewġu jekk dawn ikollhom iktar minn 15-il sena, anki jekk l-età tal-kunsens fl-Indja hija 18-il sena.

L-istupru fiż-żwieġ mhuwiex meqjus bħala reat fl-Indja, iżda tfajliet taħt 18-il sena issa jistgħu jirrapportaw lil żwieġhom bi stupru fi żmien sena minn meta dan iseħħ.

Għalkemm għaqdiet tan-nisa laqgħu din id-deċiżjoni, huwa maħsub li se jkun diffiċli ferm biex tiġi infurzata.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt aħwa Ċeki huma meqjusa bħala mitlufin minn Ambert Alert Europe. Dan wara li skont il-Pulizija Ċeka aktarx inħatfu mill-ġenituri tagħhom. It-tfal huma Leonard Lackó u David Lackó,  żewġt aħwa ta’ erba’…

Barranin

L-uragan Ophelia ħalla żewġ persuni mejta meta ħabat b’qawwa kbira fuq l-Irlanda. Mara ta’ 50 sena u raġel ta’ 30 sena kienu l-ewwel vittmi ta’ din il-maltempata kbira bi rwiefen…

Barranin

Fl-Awstrija mistenni li jinħatar l-iżgħar Kaniċillier li qatt ġie elett.  Dan hekk kif huwa previst li l-konservattivi tal-Partit Popolari, li huwa mmexxi minn Sebastian Kurz ta’ 31 sena, rebħu l-elezzjoni ġenerali….

Barranin

Fis-Somalja, bomba fil-belt kapitali Mogadishu qatlet 230 ruħ u ħalliet mijiet midruba. Il-bomba ġiet ikkawżata minn trakk li kien mimli splussivi li waqt li sploda baqa’ dieħel fid-daħla ta’ lukanda….

Aktar