Ekonomija u Finanzi
L-industrija Maltija fost l-aħjar fl-UE

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ikkonfermat li l-industrija Maltija kompliet tkun fost l-aħjar fl-Unjoni Ewropea. Dan meta minkejja l-pandemija, bejn April u Mejju 2020 kien hemm żieda ta’ 3 fil-mija fil-produzzjoni industrijali.

Meta wieħed iqabbel il-produzzjoni industrijali ta’ Mejju 2020 ma’ dik fl-istess xahar tal-2019, jinnota li r-riżultat għal pajjiżna huwa t-tieni l-aħjar fl-Unjoni Ewropea. Huwa biss fil-Finlandja li kien hemm tnaqqis ftit anqas minn dak f’pajjiżna.

Fil-fatt, bħala medja madwar iż-żona ewro, ir-riżultati kienu aktar minn erba’ darbiet agħar minn dawk f’Malta. Fil-Ġermanja, pereżempju, kien hemm tnaqqis ta’ 23%. L-agħar riżultat kien fl-Islovakkja b’telf ta’ 33.5%. Ta’ min ifakkar li sa ftit żmien ilu dan il-pajjiż kellu l-istess rating ‘A+’ bħal pajjiżna, imma fl-aħħar xhur spiċċa downgraded minħabba kif żviluppat l-ekonomija tiegħu.

Il-gvern fi stqarrija qal li ħadem bi sħiħ biex l-industrija f’pajjiżna tibqa’ tkun minn ta’ quddiem. Qal li l-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika għandu diversi miżuri intiżi speċifikament għal dan is-settur. Dan, qal,  minbarra li fih l-akbar pjan ta’ investiment f’infrastruttura kapitali qatt imħabbar f’pajjiżna.

Il-gvern qal li ser ikun qiegħed jerġa’ jġib l-industrija bħala mutur ewlieni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar