Lokali
“L-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni tinsab fi kriżi” – il-Kamra tal-Periti

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti qal li l-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni tinsab fi kriżi.

B’referenza għat-tiġrif tal-binja fil-Mellieħa, il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti qal li d-dettalji tal-każ għadhom ħerġin iżda saħaq li huwa evidenti li dan l-inċident u oħrajn simili fix-xhur li għaddew huma sintomu dirett tal-kaos li qiegħed jirrenja fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Fi stqarrija ntqal li l-Kamra tal-Periti ilha ssejjaħ għal tibdil mill-qiegħ fis-sistema regolatorja mill-2007, iżda sal-lum għadu ma sar xejn. Intqal li fl-aħħar tal-2018, il-Gvern ħabbar proposta sabiex titwaqqaf Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni iżda din għadha fl-istadji bikrin ta’ tfassil u ma jidhirx li din ser tkun imwaqqfa qabel l-aħħar tas-sena.

Il-Kamra tal-Periti qalet li f’Mejju ħabbret proposti ddettaljati għal qafas modern tar-regolamenti tal-bini u tal-kostruzzjoni. Intqal li dawn ġew ippreżentati b’mod preliminari lis-Segretarju Parlamentari dwar l-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, u lill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC), iżda diskussjonijiet fid-dettal għadhom ma sarux.

Intqal li l-unika proposta li tħabbret wara t-tiġrif tal-bini fi Gwardamanġa kienet li ser tiġi studjata l-possibilita li titwaqqaf “Considerate Constructors Scheme”, li tidher li hi interpretazzjoni dgħajfa ta’ skema li titħaddem fir-Renju Unit. Ġie spjegat li l-proposta tidher li għandha
sempliċiment l-għan li torbot lill-kutratturi ma’ kodiċi ta’ etika b’mod purament volontarju, minflok issaħħaħ is-sistema regolatorja u l-kontabbilita ta’ l-operaturi kollha fl-industrija.

Il-Kamra tal-Periti saħqet li iktar dewmien mhux aċċettabli u hawn nuqqas  totali ta’ regolamentazzjoni tal-kuntratturi, nuqqas serju ta’ taħriġ u kompetenzi adegwati fost l-operaturi u ħaddiema fl-industrija, konfużjoni dwar ir-rwoli u responsabbiltajiet fuq is-siti tal-kostruzzjoni, regolamenti tal-bini li jmorru lura għas-seklu dsatax, u nuqqas serju ta’ infurzar.

Hija temmet tgħid li talbet laqgħa urġenti mal-Prim Ministru u li din il-laqgħa mistennija sseħħ il-ġimgħa d-dieħla.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Mara salvata minn binja li ġġarrfet fil-Mellieħa

Il-Qraba tal-mara li nqabdet fil-binja li ġġarrfet kienu fuq l-ajruplan jistennewh jitlaq

“Imxejt fuq is-sellum bil-mara fuq spallti għax bdiet tibża’” – il-pumpier li salvaha

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar