Kultura
L-industrija tal-films tkabbar l-operat f’Malta b’faċilitajiet fit-technopark tal-Mosta

Il-kumpanija Stargate Studios Malta, li tipprovdi servizzi lill-industrija tal-films u produzzjonijiet televizivi internazzjonali, ser tespandi u tkabbar l-operat tagħha, wara li ngħatat faċilitajiet ġodda mill-Gvern fit-TechnoPark tal-Mosta.

Iż-żieda fix-xogħol għal Stargate Studios Malta, kumpanija li tispeċjalizza fl-effetti viżivi għall-produzzjonijiet internazzjonali bħal Medici u Don Matteo, wassalha biex iċċaqlaq l-operat tagħha minn appartament f’Baħar iċ-Ċagħaq għall-Mosta TechnoPark, fejn għadejjin l-aħħar xogħlijiet biex tibdel maħżen ta’ madwar elf metru kwadru fi studio li jinkudi wkoll ċinema li tesa 50 ruħ.

Stargate Studios Malta hija fergha tal-kumpanija internazzjonali Stargate Studios li twaqfet fl-Istati Uniti 30 sena ilu biex tipprovdi servizz lill-industrija tal-films. Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Matthew Pullicino, qal li b’dan l-ispazju akbar il-kumpanija ser tespandi l-operat tagħha.

“We have been in operation for 7 years now, and thanks to MiP and the advantage they gave us in the opportunity of taking out a building like this inside an ideal location inside Mosta Technopark, we can finally spread our operations, which are 30 employees that work in the visual effects industry.”

Is-Sur Pullicino qal li waħda mill-akbar sfidi għall-kumpanija hi li ssib ħaddiema Maltin speċjalizzati fil-qasam tal-effetti viżivi.

“What we do believe in and what we do work towards, is having locals working inside the European market out of a studio like ours based in Malta. We would like to train, we would like to find, we would like to educate, and integrate young people with a passion into a market such as visual effects.”

Waqt żjara fil-faċitajiet ġodda ta’ Stargate Studio’s, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, qal li dan huwa ezempju ta’ kif Malta qiegħda tattira kumpaniji b’potenzjal ta’ investiment barrani.

“Huwa importanti li bħala pajjiż għandna l-faċiltiajiet biex tagħti servizz lil industriji oħrajn u partikolarment f’industriji tat-teknoloġija u industriji li llum il-ġurnata saru importanti ħafna fl-iżvilupp Anki ta’ skills neċessarji biex tagħti servizz bħal industrija tal-films u tal-video games u industriji oħra li huma teknoloġikament avvanzati.”

Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, qal li t-TechnoPark qiegħed jimxi mal-iżviluppi fl-ekonomija Maltija lejn industriji li huma ffukati aktar fuq it-teknoloġija.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Minn bokka fir-roundabout tal-ajruport inżilna fil-katakombi ta’ Ħal Resqun li għalkemm mhux kbir bħal katakombi oħra li hemm fir-Rabat, għandu l-valur arkeoloġiku tant li ġew preservati meta ftit snin ilu…

Saħħa

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin daħlu fis-seħħ pjan ta’ azzjoni fid-dawl tal-virus COVID19, hekk kif dan kompla jinfirex barra ċ-Ċina u laħaq pajjiżi Ewropej partikolarment l-Italja. Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa intqal li…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem fuq l-ewwel summit tiegħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn beda jigi diskuss il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li gejjin. F’kollegament fuq One Radio,…

Qorti

Mahdi Mohammed, Libjan ta’ 37 sena qal li ma jistax imur lura lejn il-Libja għax joqtluh. Dan minħabba li kien suldat ta’ Gaddafi. Hu qal dan fil-Qorti, fejn tressaq akkużat…

Aktar