Ekonomija u Finanzi
L-industrija tal-kannabis mediċinali se tikber għal €1 biljun fi 3 snin – Il-PM

Bejn illum u l-Ħamis qed jitlaqqa’ f’Malta l-forum dinji dwar il-kannabis mediċinali. Illejla indirizza l-forum il-Prim Ministru Joseph Muscat, li ta ħjiel dwar dak li Malta qed tistenni minn din l-industrija ġdida, fosthom li l-ewwel esportazzjoni minn Malta ta’ dawn il-prodotti se ssir is-sena d-dieħla.

Il-Prim Ministru qal li l-industrija tal-kannabis mediċinali f’Malta mistennija tikber għall-biljun ewro f’temp ta’ tliet snin. Dr Muscat kien qed jindirizza l-forum dinji tal-kannabis mediċinali li qed ilaqqa’ flimkien f’Malta lill-operaturi ewlenin fl-industrija tal-kannabis mediċinali.

Dr Muscat qal li din hi niċċa li fiha l-Gvern jara potenzjal kbir, u li l-investituri qed jirrispondu tajjeb għall-ħidma tal-Gvern Malti. F’dan l-isfond hu qal li s’issa 50 kumpanija rreġistraw l-interess tagħhom biex jibdew joperaw minn Malta. Spjega iżda li minnhom il-Malta Enterpise approvat 24 kumpanija. Għall-Prim Ministru, dan juri biċ-ċar kemm Malta trid tattira l-aqwa u l-aħjar kumpaniji f’din l-industrija. Qal li s-sena d-dieħla Malta se tesporta l-ewwel prodotti ta’ kannabis mediċinali.

Il-Ministru tal-Ekonomija, Chris Cardona, qal li Malta hu l-post ideali għal dan l-investiment għal ħafna raġunijiet, fosthom id-daqs li qal jgħin lill Gvern jirreaġġixi u jaddatta għad-domandi tas-suq. Mistoqsi minn TVM dwar il-perċezzjoni pubblika dwar din l-industrija, il-Ministru stqarr li din qed tinbidel minħabba r-riċerka klinika li turi l-benefiċċji tal-kannabis mediċinali.

“Qed naraw bidla fil-ħsieb. Xjenzati u riċerkaturi, testijiet kliniċi speċjalment pazjenti li jkunu morda b’mard terminali. Qed tinbidel, ċertu umanità, illi jekk għandna xjenza li tista’ tipprovdi medikament soluzzjonijiet, għalfejn m’għandniex niħduha u ma niffukawx l-isforzi tagħna f’din id-direzzjoni?”

Dr Cardona ħabbar li se tiġi emendata l-liġi biex ir-riċerka u l-manifattura tal-prodotti tal-kannabis mediċinali tkopri wkoll l-annimali. “Id-dritt tal-annimal ħafna iżjed minn kemm kien qabel, għandna għalfejn niffukaw fuq riċerka li twassal għal innovazzjoni li jingħataw l-annimali, li jistgħu jitfejqu b’dan it-tip ta’ mediċina.”

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista saħaq fuq il-bżonn ta’ aktar riċerka f’dan il-qasam sabiex tkompli l-industrija tal-kannabis mediċinali tkompli tikber.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar