Lokali
L-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena

Studju li sar mil-Kumpanija EY b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ wera li l-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena minħabba dħul ieħor dirett għall-Gvern. Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna ħabbar li ngħalaq b’mod sodisfaċenti għal Malta l-każ li l-Kummissjoni Ewropea kienet bdiet dwar it-taxxa tal-VAT u r-reġistrazzjonijiet tal-jottijiet f’Malta.

L-istat tal-industrija tal-jottijiet f’Malta ġie deskritt bħala wieħed li qed ikompli jikber kemm minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta kif ukoll id-diversi servizzi li Malta toffri lis-sidien tal-jottijiet. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, flimkien mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Frank Farrugia u Alison Vassallo mis-sezzjoni tal-Yachting intqal li fl-aħħar tnax-il sena din l-industrija kellha tkabbir qawwi tant li taħt il-bandiera Maltija hemm reġistrati aktar minn 750 jott ta’ aktar minn 24 metru. Dr Alison Vassallo qalet li l-bandiera marittima Maltija tinsab tperper fuq uħud mill-akbar jottijiet fil-Mediterran.

Dr Alison Vassallo qalet li minkejja li Malta kienet konformi mal-liġi Ewropea dwar it-taxxa tal-Vat fuq il-Yachts, il-Kummissjoni Ewropea riedet kjarifiki tant li fetħet każ kontra Malta.

Dr Alison Vassallo qalet “filwaqt li Malta żammet il-pożizzjoni tagħha f’dak li jirrigwardja l-compliance tar-reġistrazzjoni fuq il-linji gwida l-antiki, li kienu completely inline with EU law, għandna pjaċir inħabbru li fl-ewwel ta’ Marzu ta’ din is-sena, ġew ippubblikati linji gwida ġodda”.

Il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern ħadem bil-għaqal flimkien mal-esperti legali biex tkun solvuta dil-kwistjoni. Spjega li l-każ kontra Malta issa ser jaqa’ u li l-miżuri li ħa l-Gvern mhux ser inaqqsu ebda dħul minn din l-industrija.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar