Saħħa
L-influwenza taf toħloq xi kumplikazzjonijiet – il-Prof. Gauci tappella lill-pubbliku jieħu t-tilqima

Il-Professur Gauci qalet li l-influwenza taf toħloq xi kumplikazzjonijiet fil-bniedem bħalma joħloq ħafna drabi l-mard, fosthom il-Covid-19.

Fil-konferenza stampa tal-lum, il-Professur Gauci appellat lill-pubbliku biex imur jieħu t-tilqima b’xejn fil-bereġ u ċ-ċentri tas-saħħa min-nhar il-Ħadd li ġej.

Hija fakkret li mal-Covid-19 fl-istaġun xitwi se jkollna wkoll magħna mard ieħor fosthom l-influwenza. Hija appellat lil kulħadd biex jieħu t-tilqima tal-influwenza li ilha fis-suq u assigurat li hija sigura.

Qalet ukoll li ħadd ma għandu jieħu riskju u għalhekk mill-ġdid appellat biex kulħadd imur jieħu t-tilqima.

Mill-Ħadd li ġej min għandu ‘l fuq minn 55 sena, il-vulnerabbli u tfal sa 5 snin jistgħu jmorru jieħdu l-vaċċin.