Barranin
L-Ingilterra tneħħi l-kwarantina għall-imlaqqma b’mod sħiħ kontra l-Covid-19

Mit-Tnejn li ġej ċittadini li tlaqqmu b’mod sħiħ f’xi stat membri tal-Unjoni Ewropea jew fl-Istati Uniti li jaslu l-Ingilterra minn xi pajjiż fuq il-lista amber mhux se jkollhom bżonn jagħmlu kwarantina. Il-Gvern qal li din il-bidla fir-regoli se tgħin familji u ħbieb jingħaqdu b’aktar faċilità mal-maħbubin tagħhom li jgħixu barra.

Intant, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ingliż, Dominic Raab wissa li bir-rata ta’ tilqim kif inhi bħalissa l-popolazzjoni tad-dinja mhux se tkun imlaqqma għall-COVID-19 qabel l-2024. Huwa appella lil pajjiżi oħra biex jingħaqdu mal-isforzi tal-Ingilterra fl-għoti ta’ dożi lil pajjiżi fqar.

Il-Ministru Raab wera l-fehma li r-Renju Unit għandu obbligu morali li jmexxi ‘l quddiem dawn l-isforzi biex l-ifqar u l-aktar pajjiżi vulnerabbli jintlaħqu bid-dożi meħtieġa biex ilaqqmu n-nies tagħhom.