Kostruzzjoni
L-Inġiniera eliġibbli li jaħdmu bħala Site Technical Officers f’siti ta’ kostruzzjoni

Gradwati b’baċellerat fl-Inġinerija tal-Kostruzzjoni mill-MCAST u l-Inġiniera gradwati mill-Università ta’ Malta se jkunu eliġibbli li jaħdmu bħala Site Technical Officers f’siti ta’ kostruzzjoni.

Il-Ministru Ian Borg ħabbar li dan se jkun possibbli wara emendi fil-liġi li wasslet għar-riforma fis-settur tal-bini.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar emendi fil-liġi li wasslet għal riforma fis-settur tal-bini. Spjega li bl-emendi li se jidħlu fis-seħħ fil-jiem li ġejjin, kull min iggradwa b’baċellerat fl-Inġinerija tal-Kostruzzjoni mill-MCAST u dawk kollha li ggradwaw bħala Inġinerija mill-Università ta’ Malta se jkunu eliġibbli jaħdmu bħala site technical officers fuq siti ta’ kostruzzjoni. Dan bil-għan li tiżdied is-sigurtà f’dawn is-siti u jiġu mħarsa aħjar il-proprjetajiet ta’ terzi, kif spjega Glen Schembri, gradwat fl-inġinerija tal-kostruzzjoni mill-MCAST.

“L-STO hu rwol li se jkun persuna li xogħla jkun bejn il-perit u l-klijent jew developer, li ħa jkun qed jieħu ħsieb li l-method statement jiġi applikat u segwit b’mod serju ħafna min-naħa tal-iżviluppatur.”

F’laqgħa ma’ studenti li qed jistudjaw biex jiksbu baċċellerat fl-inġinerija tal-kostruzzjoni fl-MCAST, il-Ministru spjega li dan hu pass ieħor mhux biss favur riforma li qal qed iġġib bidliet importanti u responsabbli, imma wkoll favur iż-żgħażagħ li għażlu din il-professjoni.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà, Chris Agius, qal li hu sodisfatt b’din il-kollaborazzjoni ma’ istituzzjoni edukattiva bħall-MCAST.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar