Barranin
L-inhalers ukoll qed iniġġsu l-arja

Ħafna mill-inhalers li jintużaw għall-ażma qed jikkontribwixxu għall-emmissjonijiet serra. Dan qaluh riċerkaturi f’Cambridge University, li studjaw l-inhalers offruti mis-servizzi tas-saħħa fir-Renju Unit.

Instab li 7 minn kull 10 inhalers mogħtija lill-pazjenti fir-Renju Unit kellhom il-gass hydrofluoroalkane, li jintuża biex jisprejja l-mediċina mill-inhaler, u li huwa wieħed mill-gassijiet li qed jaffettwaw il-klima.

L-alternattiva hija dawk li jissejħu ‘dry powder inhalers’, u jekk kull persuna tużahom, huwa kkalkulat li tiffranka bejn 150kg u 400kg ta’ dijossidu tal-karbonju fis-sena.

Dan l-ammont ta’ dijossidu tal-karbonju ffrankat huwa ekwivalenti għal dak li jitnaqqas meta wieħed jieqaf jiekol il-laħam u jintefa’ fuq dieta ta’ ħaxix.

Filwaqt li ħeġġew lill-pazjenti jiċċekkjaw mat-tobba tagħhom jekk jistgħux jaqilbu għal inhalers li ma jagħmlux ħsara għall-ambjent, ir-riċerkaturi qalu li mhux kull pazjent jista’ jagħmel din il-bidla, u ħadd m’għandu jħossu li qed jonqos jekk ma jistax jibdel il-mediċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Barranin

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja. Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident. It-tifla…

Aktar