Lokali
L-inħawi tad-Dwejra għadhom jiġbdu n-nies?

Id-Dwejra f’Għawdex darba kienet mogħnija bit-tieqa li ġġarfet f’ħakka t’għajn f’maltempata mas-sentejn u nofs ilu.

It-tieqa tad-Dwejra kienet attrazzjoni li toffri xenarju uniku li jibqa’ mfakkar f’eluf kbar ta’ ritratti ta’ kull min żar Għawdex u fil-fuljetti li jirreklamaw lil Għawdex.

Max Cauchi li jaqla’ l-għixien tiegħu mill-vjaġġi bit-turisti li jagħmel bid-dgħajsa fl-inħawi, jistqarr li għall-ewwel it-turisti mill-inħawi tad-Dwejra naqsu bin-nofs.

“Kienu jiġu ħafna minħabba s-sunset, id-day tripers kien iħallu ħafna minnhom l-aħħar tal-ġurnata jispiċċaw b’hawnhekk biex jaraw it-tieqa u s-sunset u l-ewwel xhur totalment wara l-erbgħa ta’ filgħaxija ma kien jibqa’ l-ebda persuna hawnhekk.”

Maż-żmien iżda t-turisti reġgħu bdew jinġibdu lejn id-Dwejra, għaliex iż-żona hija mogħnija rikkezzi naturali oħra fosthom il-ġmiel tal-blat tal-mina li minnha toħroġ u tidħol għall-bajja tad-Dwejra, u l-hekk imsejħa l-Blue Grotto t’Għawdex fejn jikber il-qroll tad-dell ta’ lewn oranġjo… li meta jkun espost għax-xemx ibiddel lewnu għal isfar.

F’mawra ta’ kwarta fuq id-dgħajsa, it-turisti jistgħu japprezzaw il-ġeoloġija tal-post, l-ilma ċar kristall; l-għerien li hemm u anke jaraw il-fdalijiet tat-tieqa tad-Dwejra f’qiegħ il-baħar.

Għad-dilettanti tal-għads, dal-post huwa sit eċitanti biex jesplorawh.

“When you are diving what is more interesting is what is underwater and now that the window is underwater you have to discover new boulders and it’s so exciting for us divers.”

“All the remaining of the arch, is now down there and it fell not just like this, but it really rolled down and it’s shape is really a complete new landscape.”

Brian Azzopardi, għaddas, qal li jinnota ħafna viżitaturi li jerġgħu jżuru dawn l-inħawi.

“Jaraw id-differenza u jipprovaw jesploraw il-landscape li għandna issa. Forsi għal diver li qatt ma ġie qabel ma tantx se jara differenza… Però dawk li kienu hawn qabel, jarawha differenti u forsi sakemm tindara jibqgħu jgħidu li huwa aħjar.”

Jistqarr li mhux tal-istess fehma kull min iħares lejn il-post fejn kienet it-tieqa tad-Dwejra minn fuq l-art . . . iżda bħal donnha anki ż-żona nnifisha qed tħoss in-nuqqas tagħha u bdiet bil-mod il-mod, tifforma tieqa oħra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar