Xogħol
L-inizjattiva ta’ telework imħabbra mill-Gvern imfaħħra mill-UĦM

Il-UĦM Voice of the Workers laqat il-fatt li l-Gvern se jkun qed jagħti l-possibilità li jsir xogħol permezz ta’ telework. Faħħret ukoll li l-ħaddiema li se jaħdmu mid-dar mhux se jintmessulhom l-allowances tagħhom.

Fi sqarrija l-unjin faħħret id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, u qalet li dawn l-assikurazzjonijiet ingħataw fid-dawl tat-talbiet li saru mill-istess unjin bħala parti mill-miżuri marbuta mal-imxija tal-Covid-19.