L-integrazzjoni hija s-soluzzjoni għall-problema tal-immigrazzjoni?

Waqt il-programm ‘Popolin’ ġiet diskussa l-problema tal-immigrazzjoni irregolari. Problema li pajjiżna ilu jiffaċċja għal għexieren ta’ snin.
Dr. Cynthia Tomasuolo tkellmet dwar il-fatt li l-integrazzjoni għandha tkun is-soluzzjoni biex tissolva din il-problema, biss għandha ssir miż-żewġ naħat; “Aħna li se naċċettaw u huma li se jintegraw u josservaw il-liġijiet tagħna”. Hija stqarret li tifhem l-element ta’ biża’ li jħossu dawn iċ-ċittadini Maltin, biss ma jfissirx li l-immigranti irregolari kollha jagħmlu dawn it-tip ta’ illegalitajiet.

Minn naħa l-oħra Ray Ambrogio enfasizza l-importanza li “huma għandhom jintegraw magħna u mhux aħna magħhom”, żied jgħid li għandhom jitgħallmu l-lingwa Ingliża biex ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar fis-soċjetà tagħna. Ambrogio spjega li “l-petizzjoni li hemm il-Parlament saret biex isir referendum rigward l-invażjoni ta’ immigrazzjoni irregolari li qed jiffaċċja pajjiżna, għaliex Malta ma tiflaħx iżjed”.

“Nibża’ li s-sigurtà nazzjonali ta’ pajjiżna hija medda” “Se nispiċċaw Afrika u Asja f’nofs il-Mediterran” tenna Ambrogio.