Barranin
L-Interpol tidentifika 12-il suspettat terrorist jivjaġġa fil-Mediterran

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid li minn 31 investigazzjoni, aktar minn 12 minnhom kellhom rabtiet mal-movimenti ta’ suspettati terrorristi.

‘Operation Neptun II’ li bdiet fl-24 ta’ Lulju u ntemmet fit-8 ta’ Settembru, iffukkat fuq theddid minn suspettati ġellieda barranin, li potenzjalment jużaw rotot marittimi bejn l-Afrika ta’ Fuq u n-naħa t’isfel tal-Ewropa waqt l-istaġun sajfi turistiku.

Fl-istqarrija tal-Interpol intqal li uffiċjali minn seba’ portijiet f’sitt pajjiżi li ħadu sehem fl-operazzjoni, l-Alġerija, Franza, l-Italja, il-Marokk, Spanja u t-Tuneżija, wettqu aktar minn 1.2 miljun tfittxija fid-databases għall-informazzjoni dwar dokumenti tal-ivjaġġar misruqa jew mitlufa, data nominali u vetturi misruqa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fis-sigħat li għaddew reġa’ kien hemm protesti vjolenti fl-Istati Uniti fosthom qrib il-White House, li tqanqlu mill-qtil ta’ George Floyd. Diversi bliet ordnaw lir-residenti biex ma joħorġux mid-djar, iżda ħafna…

Barranin

Kjuwijiet twal barra l-ħwienet li jbigħu x-xorb fl-Afrika t’Isfel, hekk kif mil-lum il-Gvern ippermetta li jerġa’ jibda jinbiegħ l-alkoħol bħala parti mir-rilaxx tal-miżuri li kienu ttieħdu kontra l-imxija tal-Covid-19. L-awtoritajiet kienu…

Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra dehret fl-akwati ta’ Windsor Castle riekba żiemel. Din hi l-ewwel darba li r-Reġina dehret barra minn meta beda l-lockdown fir-Renju Uniti minħabba l-imxija tal-coronavirus. Ir-Reġina li…

COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Aktar