L-invenzjoni tad-dawl LED blu tirbaħ il-Premju Nobel għall-Fiżika

Il-Premju Nobel 2014 għall-Fiżika ingħata lil tliet xjentisti Ġappuniżi u l-Istati Uniti, li rrnexxilhom jivvintaw l-LEDS li jitfgħu dawl blue.

Il-Professuri Isamu Akasaki, Hiroshi Amano u Shuji Nakamuri għamlu l-ewwel LED bid-dawl blu fil-bidu tas-snin 90.

Id-dawl blue, flimkien ma dawl aħmar u aħdar ħolqu ġenerazzjoni ġdida ta’ dwal effiċjenti.

Ir-rebbieħa se jkunu qed jaqsmu bejniethom is-somma ta’ kważi €900,000.

Ir-rebbieħa tħabbru waqt konferenza tal-aħbarjiet apposta li saret fl-iSvezja.