Barranin
L-investigatur Mueller jippreżenta rapport dwar l-allegat influwenza Russa fuq l-elezzjonijiet tal-2016

L-investigatur Robert Mueller li tħarreġ l-konessjonijiet u l-allegat influwenza li r-Russja kellha fuq l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016, ikkonkluda r-rapport kunfidenzjali u ppreżentah lill-avukat ġenerali William Barr.

Ir-rapport li jtemm investigazzjoni ta’ sentejn jinkludi investigazzjoni dwar l-irwol ta’ uffiċjali, negozjanti u politiċi Russi u l-mod kif setgħu kkolaboraw mal-president Amerikan Donald Trump li kkontesta l-elezzjonijiet f’isem ir-Repubblikani. Iż-żewġ partiti, id-Demokratiċi u r-Repubblikani talbu li l-kontenut tar-rapport ikun ippubblikat.

F’dan l-istadju mhux identifikat jekk Trump jew il-kampanja tiegħu wettqux xi reat kriminali waqt il-kampanja jew wara l-kampanja, biex jostakolaw l-investigazzjonijiet, minkejja li Mueller speċikament semma akkużi li jimplikaw lill-34 persuna u tliet kumpanji li jinkludu sitt assoċji li ħadmu direttament ma’ Trump u uffiċjali Russi li kienu diġà ġew akkużati.

Mueller madankollu ma rrakomandax li jsiru iżjed arresti. Trump ripetutament akkuża lil Mueller b’investigazzjoni fażulla u akkużah b’kunflitt ta’ interess iżda speċifika li mhuwiex joġġezzjona li l-kontenut tar-rapport ikun magħruf mill-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Barranin

It-taħditiet dwar il-kummerċ li se jsiru bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija jiddominaw is-summit tal-G20 f’Osaka l-Ġappun meta ż-żewġ mexxejja se jiltaqgħu fl-aħħar jum tas-summit…

Aktar