Lokali
Il-Pulizija kif waslu għall-arrest tas-suspettati tad-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia?

L-investigazzjonijiet li għamlu l-uffiċjali tal-FBI f’Malta qed jitqiesu bħala provi importanti meta se tibda l-kumpilazzjoni fil-Qorti fil-konfront tat-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-każ seħħ fis-16 ta’ Ottubru li għadda meta għall-ħabta tat-3pm, is-Sinjura Caruana Galizia telqet mid-dar bil-karozza u ftit metri bogħod inqatlet fi splużjoni ta’ bomba fil-Bidnija.

L-ewwel darba li qatt ġew l-FBI jinvestigaw delitt f’Malta

Ir-riċerkatur tal-kriminalità Eddie Attard qal lil tvm.com.mt li f’Malta ġieli ġew investigaturi barranin, iżda din kienet l-ewwel darba li xi uffiċjali Amerikani tal-FBI qatt ġew Malta biex jinvestigaw delitt.

Isma’ x’kellu xi jgħid Eddie Attard f’dan il-kumment:

L-FBI jużaw sistemi sofistikati fl-investigazzjonijiet tagħhom

Is-Sur Attard spjega fid-dettall dwar fiex tikkonsisti s-sistema teknoloġika magħrufa bħala triangulation sinonima mal-investigazzjonijiet tal-FBI biex jintraċċaw fejn kienu persuni mplikati f’delitt.

L-użu tat-telefown ċellulari jista’ jkun prova kruċjali

Dan ma kienx l-uniku każ f’Malta li wassal biex il-Pulizija ntraċċat persuni akkużati b’delitt permezz tat-telefown ċellulari.  Eddie Attard isemmi delitt ieħor li għalkemm forsi l-Pulizija kellhom mezzi differenti minn tal-FBI, waslu għall-qattiel billi ntraċċaw il-movimenti tiegħu permezz tat-telefown ċellulari.

Ara wkoll:

Kien SMS li kkawża l-isplużjoni fatali fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia