Barranin
L-Iran bi pjan li jaħtaf ġurnalista

Erba’ persuni mill-Iran jinsabu akkużati li pjanaw li jaħtfu ġurnalista u kritika tal-Iran u jieħduha lura Tehran.

L-akkużi mressqa mid-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan ma jsemmux il-persuna li kienet fil-mira madanakollu l-ġurnalista Iranjana-Amerikana, Masih Alinejad, qalet li kienet hi.

L-Awtoritajiet qalu li l-pjan kien jinvolvi wkoll il-ħtif ta’ erba’ persuni oħra, waħda mir-Renju Unit u tlieta oħra mill-Kanada. Il-pjan kien li jinħatfu u jeħduhom l-Iran.

Masih Alinejad, li saret ċittadina Amerikana fl-2019, qalet li kienet ilha taħdem mal-Uffiċċju Federali tal-Investigazzjoni minn tmien xhur ilu meta kienet avviċinata b’ritratti tas-suspettati.

Jidher li l-erba’ akkużati qabbdu investigaturi privati biex jispjunaw fuq id-dar tal-ġurnalista f’Brooklyn u familtha.