Barranin
L-Iran iħabbar it-tmiem tal-ISIS

Il-President Iranjan Hassan Rouhani iddikjara tmiem dawk li jsejħu lilhom infushom bħala l-Istat Iżlamiku (ISIS).  Dan ħabbru waqt li kien qed jindirizza lin-nazzjon fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat.

F’rapport fuq il-ġurnal The Independent tal-Ingilterra ntqal li l-mexxej Iranjan għadda dawn il-kummenti hekk kif mistennija ssir laqgħa tal-Lega Għarbija li fiha s-Sawdi Arabja se titlob lir-reġjun biex jingħaqad kontra l-Iran.

Kmandant tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjani, il-Ġeneral Maġġur Qassem Soleimani ukoll iddikjara tmiem il-grupp jihadista fis-Sirja u fl-Iraq f’messaġġ ippublikat fil-jiem li għaddew fuq is-sit tal-aħbarijiet tal-Gwardji Iranjani Sepah News.

Il-Gwardji Iranjani rringrazzjaw lill-alleati tagħhom, il-grupp militanti Lebaniż tal-Hezbollah, tar-rwol deċiżiv tagħhom fil-ġlieda kontra l-ISIS.

Il-milizja Iranjana għenet lill-President Sirjan Bashar al-Assad biex iżomm sod ir-riedni ta’ pajjiżu fil-gwerra ċivili kontra l-Oppożizzjoni u l-estremisti.

Fl-Iraq, il-militanti Xiti finanzjati mill-Iran, ifformaw parti mill-koalizzjoni Amerikana bl-appoġġ tal-Iraq biex iqalftu ‘l barra lill-ISIS mill-kapitali Mosul f’Ġunju li għadda u kważi rnexxielhom jeliminawhom mill-pajjiż.

Iżda skont il-korrispondent tal-Independent, dan kollu żvolġa fl-isfont tat-tensjonijiet li hemm bejn Riyadh u Tehran wara l-missila li ġiet sparata mill-Yemen lejn is-Sawdi Arabja u r-riżenja għal għarrieda tal-Prim Ministru Lebaniż Saad Hariri.

Rouhani mistenni jmur fil-belt Russa ta’ Sochi għal laqgħa mal-President Russu Vladimir Putin u l-President Tork Recep Tayyip Erdogan għal taħdidiet dwar kif se titnaqqas il-vjolenza fis-Sirja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’filmati li qed jinxterdu jinstemgħu vuċijiet imbeżża’ tat-tfal migranti, li fl-aħħar xhur ġew isseparati mill-ġenituri tagħhom bħala parti mill-politika tal-immigrazzjoni tal-Gvern Amerikan. Mal-2,000 tifel u tifla spiċċaw mingħajr il-ġenituri tagħhom, wara…

Barranin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini mill-ġdid f’kontroversja oħra. Wara li l-ġimgħa l-oħra għalaq il-portijiet u ma ħalliex il-bastiment ‘Aquarius’ jidħol fl-Italja b’629 immigrant, Salvini issa qal…

Barranin

Għal ħafna li jsegwu l-futbol il-ħoma tagħhom hija li jmorru jaraw xi logħba tat-Tazza tad-Dinja. 30 tifel u tifla li jbatu minn mard u kundizzjonijiet rari qatgħu xewqithom meta l-biljunarju…

Aktar