Barranin
L-Iran jgħid li waqqa’ l-ajruplan Ukren mingħajr l-intenzzjoni li jagħmel hekk

Il-militar tal-Iran qal li waqqa’ l-ajruplan tal-passiġġieri Ukren mingħajr l-intenzzjoni li jagħmel hekk. Fi stqarrija fuq l-istazzjon tal-Istat Iranjan, ingħad li dan kien żball uman wara li l-ajruplan għadda qrib sit sensittiv tal-Gwardji Revulozzjunarji Iranjani.

Il-miltar qal li dawk involuti se jinżammu responsabbli. Fil-bidu, l-Iran ċaħad li kienet waħda mill-missili tiegħu li waqqgħet l-ajruplan qrib il-kapitali Tehran. Iżda l-pressjoni żdiedet wara li l-Istati Uniti u l-Kanada, iddikjaraw li kien l-Iran li waqqa’ l-ajruplan b’missila, possibbilment b’mod aċċidentali.

Fit-tiġrif tal-ajruplan tal-Ukraine International Airline mietu 176 persuna. It-tiġrif seħħ nhar l-Erbgħa li għadda, ftit sigħat wara li l-Iran attakka bil-missili żewġ bażijiet tal-forzi Amerikani fl-Iraq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Barranin

Fl-Awstralja mara mietet waqt kompetizzjoni tal-ikel li fiha l-parteċipanti riedu jieklu kemm jifilħu pasti tradizzjonali biċ-ċikkulata tal-lamingtons. Il-mara ta’ 60 sena kienet qed tieħu sehem fil-kompetizzjoni li saret fi Queensland fejn kienet…

Aktar