COVID-19
L-Iran jirrapporta l-akbar imwiet bil-Covid-19 f’ġurnata

L-Iran nieda kampanja biex jimmotiva lill-pubbliku jilbes maskri hekk kif fil-pajjiż qed jiżdiedu l-każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet u anki l-imwiet.

L-Iran huwa fost l-agħar pajjiżi li ntlaqtu mill-Covid-19 fil-bidu tal-imxija u minn meta f’nofs April ġew illaxkati r-restrizzjoni li kienu ntiżi biex irażżnu l-imxija, il-pajjiż reġa’ beda jara ħafna każijiet ġodda.

L-imwiet għall-ewwel darba f’xahrejn, qabżu l-100 kuljum għal dawn l-aħħar 10 ijiem.

Fl-aħħar 24 siegħu ġew irreġistrati 2,489 każ ġdid ta’ Covid-19 fl-Iran u dan għolla l-ammont ta’ infezzjonijiet għal 225,205. Fl-aħħar sigħat mietu 162 u b’hekk l-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Iran issa tela għal 10,670.