Barranin
L-Iran tattakka bażijiet Amerikani b’missili

Żewġ bażi tal-ajru fl-Iraq li fihom kien hemm truppi Amerikani ntlaqtu min-numru ta’ missilli.

Ix-xandir tal-istat Iranjan qal li l-attakk sar b’ritaljazzjoni għall-qtil tal-kmandanant Qasem Soleimani b’attakk ta’ drones f’Baghdad fuq ordni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Id-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti qal ntlaqtu żewġ siti, f’Irbil u f’Al Asad. S’issa għadu mhux ċar jekk hemm persuni mejta jew midruba.

Il-Ministru tal-Affarjiet Barranin Iranjan Javad Zarif, iktar tard fuq twitter iddeskriva l-attakk bħala self defence u ċaħad li l-Iran qed ifittex li jeskla s-sitwazzjoni fi gwerra.

Il-President Trump irrisponda u insista li kollox kien sew, waqt li qal li s’issa ma kienx għadu magħruf kienx hemmx vittmi.