L-Irġiel jiddejqu jfittxu għajnuna fuq mard mentali

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għar-Raġel, ‘Popolin’ iddiskuta u analizza l-irġiel, l-isfidi, s-saħħa mentali u l-emozzjonijiet tagħhom u dak li hu mistenni minnhom mis-soċjetà ta’ llum. Riċerki li saru jindikaw ir-rati għolja ta’ rġiel li jibqgħu siekta dwar il-problemi tagħhom dan qed iwassal biex numru konsiderevoli ta’ rġiel qegħdin jikkommettu suwiċidju kull sena.

Tkellimna ma Matthew Bartolo, sesswologu u terapista li spjega li ċertu nies jemmnu li raġel għandu l-bżonn li jiftaħ qalbu u jibki meta jkollu raġuni għalfejn. Biss għad hemm gruppi żgħar ta’ nies li jekk jaraw raġel li jkun emozzjonat iħarsu lejh bħala bniedem dgħajjef. Huwa tenna lis-soċjetà għaddejja minn żmien fejn qiegħda terġa tistabbilixxi xi tfisser li tkun raġel u xi tfisser li tkun mara.

Jon Mallia tenna li fil-passat l-irġiel kellhom ċertu rwoli fis-soċjetà u l-familja, bħal per eżempju li jkunu il-‘breadwinners’ u li jkollhom il-figura awtorevoli fil-familja dan beda joħloq sitwazzjonijiet ta’ inugwaljanza kemm fil-familja, kif ukoll fis-soċjetà. Issa li dawn l-irwoli qed jinqasmu man-nisa qed tinħoloq il-mistoqsija dwar x’inhi eżatt l-identità tar-raġel. Mallia tenna li din il-mistoqsija qed tiġi mwieġba bil-mod għaliex għaddejjin minn mument ta’ bidla soċjali.

Bartolo spjega li tinħoloq problema meta ssir definizzjoni waħda għal ġeneru sħiħ, għaliex kull individwu għandu l-karatteristiċi tiegħu u jekk din id-definizzjoni ma tkunx tinkorpora l-istess karatteristiċi ċertu persuni se jħossuhom differenti jew li għandhom xi ħaġa ħażina, meta fil-verità mhuwiex il-każ.

Erġa ara l-programme hawnhekk:-

Popolin