Barranin
L-Irlanda tivvota fir-referendum dwar l-abort

Tinfetaħ il-votazzjoni għar-referendum dwar il-liġijiet tal-abort fl-Irlanda.

Il-vot se jiddetermina jekk tiġix revokata parti mill-kostituzzjoni, magħrufa bħala The Eighth Amendment, li tipprojbixxi l-abort fil-pajjiż.

Bħalissa, fl-Irlanda, l-abort huwa permess biss meta ħajjet il-mara tkun qiegħda f’riskju. L-abort mhux permess f’każijiet ta’ stupru, inċest jew abnormalitajiet fatali fl-iżvilupp tal-fetu.

Il-votazzjoni mistennija tagħlaq fl-22:00 tal-lejla.