Mużika
L-isbaħ mara Maltija fl-2004, x’sar minnha?

Skont stħarriġ li sar mit-tim ta’ ‘Xarabank’ fl-2004, Julie Zahra tqieset bħala l-isbaħ mara Maltija ta’ dik l-istess sena.

Sa minn ċkunita, Julie daħlet għall-mużika b’ruħha u b’ġisimha. U, fost l-oħrajn, kienet waħda mill-ftit individwi li, f’isem Malta, fil-Eurovision Song Contest, irnexxielha tiġi minn ta’ quddiem.

Fil-fatt, f’Mejju tal-2004, f’Istanbul it-Turkija, bil-kanzunetta “On Again…Off Again” Julie kklassifikat fit-tnax-il post.

U, illum, Julie se tkun il-mistiedna ta’ ‘X’sar minnhom?’ fejn, fost affarijiet oħra, se titkellem dwar meta marret ir-Renju Unit bil-għan li tespandi fil-karriera mużikali tagħha.

Segwi ‘X’sar minnhom?’ illejla fl-10.05pm fuq TVM.

X'Sar Minnhom

X'sar minnhom? illejla jlaqqawna ma' Julie Zahra fuq TVM fl-22:05Ara aktar episodji hawnhekkhttps://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/xsar-minnhom/

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 8. Januar 2020

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Lokali

Aktar ma jmur aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. U, b’xorti ħażina għall-kontestanti li għad fadal, il-postijiet għal-Live Show tal-aħħar tgħoddhom fuq subgħajk. B’hekk, minn ġimgħa għal ġimgħa,…

Lokali

Il-grupp żagħżugħ F.A.I.T.H għadu kemm interpreta l-kanzunetta “Man in the Mirror” tal-hekk imsejjaħ ‘re tal-pop‘, il-mibki Michael Jackson. Liema kanzunetta, inħarġet fl-1988, u fl-2012, fost l-oħrajn, tkantat minn għadd ta’ koristi gospel…

Aktar