NGOs
L-isfida wara l-bieb għal ċiklisti Maltin li jridu jaqdfu 2,000km fil-Vjetnam

Fi żmien ħmistax tibda sfida oħra għall-volontiera tal-Fondazzjoni Life Cycle biex tiġbor aktar fondi b’risq pazjenti li jbatu minn problemi fil-kliewi. Din is-sena, iċ-ċiklisti ser jisfidaw it-temp u l-kundizzjonijiet klimatiċi tal-Vjetnam, fejn ser jaqdfu rotta ta’ madwar 2000 kilometru f’10 ijiem.

24 ċiklist, fosthom tliet nisa, ilhom ix-xhur jitħarrġu biex jieħdu sehem fil-21 edizzjoni tal-Lifecycle Challenge. Iċ-ċiklisti ilhom madwar 17- il-ġimgħa jippreparaw għal din l-isfida, akkumpanjati minn tim ta’ nies li ser jagħtuhom l-għajnuna waqt il-vjaġġ.

“It-taħriġ li nagħmlu huwa li ntellgħu l-kilometri fit-triq, jew anke indoor fuq rota, u ovvjament intellgħu s-saħħa għat-tlajja’, għax l-isfida tinvolvi ħafna tlajja’ u allura nippreparaw għalihom biex inkunu aktar b’saħħitna f’saqajna u nkunu nifilħu għat-taljja’,” qal Dr Robert Vassallo Agius.

Iċ-Chairperson tal-fondazzjoni Life Cycle, Dr Shirley Cefai, qalet li l-fondazzjoni tipprovdi diversi servizzi lill-pazjenti tal-kliewi u l-familjari tagħhom. “Il-fondazzjoni tgħin fuq tliet binarji. Il-pazjenti ngħinuhom fil-bżonnijiet li jkollhom, per eżempju t-traċċa biex meta jsir it-trasplant it-taqbila tkun aktar preċiża, ir-riċerka biex nifhmu għaliex isir kidney failure, fosthom anke ġenetika, u ngħinu bir-rush, il-pazjenti u l-familjari b’vouchers għall-ghajnuna psikoloġika li nħallsu għaliha aħna.”

Il-fundatur tal-Lifecycle Alan Curry qal li l-ħidma kollha tal-fondazzjoni ddur mal-pazjenti tal-kliewi.

Il-volontiera ngħataw ukoll inkoraġġiment mil-President George Vella meta waqt sessjoni oħra ta’ taħriġ għamlu waqfa qasira fil-Palazz ta’ San Anton. Dr Vella wera apprezzament kbir għax-xogħol volontarju li twettaq il-Fondazzjoni Lifecycle. Huwa faħħar ir-riċerka li qed issir fl-Università ta’ Malta bil-fondi miġbura minn dawn il-volontiera u anke l-appoġġ psikologiku li jingħata lill-pazjenti.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-ġrajjiet imfakkra mill-knisja f’dawn il-jiem huma rappreżentati matul is-sena kollha fil-knejjes u l-kappelli, fl-hekk imsejħa Via Sagra, permezz ta’ xbihat li jirrappreżentaw 14-il mument differenti mill-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’…

COVID-19

Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, qalet li bħala omm qed tuża dan iż-żmien fid-dar biex iktar minn qatt qabel tibni r-relazzjoni ma’ bintha Giorgia. F’messaġġ imxandar fuq il-midja soċjali, Dr…

COVID-19

S’issa hu magħruf li minn tal-anqas żewġ Maltin li jgħixu barra l-pajjiż mietu kawża tal-Coronavirus.  John Grima, artist ta’ 88 sena, miet fil-Kanada fejn emigra f’żgħożitu. It-tieni Maltija li mietet…

COVID-19

Erbat ijiem qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, qal li l-Korp tal-Pulizija huwa mgħammar biżżejjed biex iħarrek lill-kaċċaturi li jinstabu li qegħdin jiksru l-liġi. Mill-banda…

Aktar