Barranin
L-isħana tas-sajf ħasdet il-ħajja ta’ kważi 1,500 persuna fi Franza

L-isħana li ħakmet l-Ewropa dis-sena kkawżat l-imwiet ta’ 1,435 persuna fi Franza.

Dan ikkonfermatu l-Ministru għas-Saħħa Franċiża, Agnès Buzyn li qalet li nofs il-persuni li mietu kellhom aktrar minn 75 sena.

Bis-saħħa tal-miżuri u l-prekawzjonijiet li ttieħdu, il-Ministru qalet li r-rata ta’ mwiet kienet 10 idrabi inqas mis-sajf tal-2003 meta Franza ntlaqtet minn mewġa ta’ sħana kbira.

F’Ġunju li għadda, fi Franza it-temperatura laħqet il-46C, l-ogħla temperatura li qatt esperjenza l-pajjiż.

Mal-567 persuna mietu mal-ewwel mewġa ta’ sħana li laqtet Franza mill-24 ta’ Ġunju sas-7 ta’ Lulju. 868 persuna oħra mietu fit-tieni mewġa ta’ sħana mill-21 sas-27 ta’ Lulju.

10 minn dawn il-persuni mietu fuq xogħol.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar