Barranin
It-tieni suspettat tal-attakk ta’ Pariġi jagħti ruħu b’idejh lill-Pulizija Belġjana

It-tieni suspettat tal-attakk fuq pulizija lbieraħ f’Pariġi ta ruħu b’idejh lill-pulizija Belġjana f’Antwerp. Aktar kmieni llum il-Pulizija Franċiża qalet li kienet qed tfittex raġel ieħor b’rabta mal-attakk tal-bieraħ, madankollu aktar tard il-Pulizija Belġjana qalet li r-raġel mar hu stess għandha. Il-Ministru għall-Intern Belġjan qal li għalkemm ma jistgħux jikxfu l-identità tas-suspettat għalissa, ikkonferma li r-raġel huwa Franċiż u mhux Belġjan.

Il-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu bħala l-Istat Iżlamiku ħa r-responsabbiltà tal-attakk li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Pariġi u li fih inqatel Pulizija u żewġ persuni oħra ndarbu.

Kelliem għall-Pulizija Franċiża qal li l-persuna suspetta li wettqet dan l-attakk inqatel mill-forzi tas-sigurtà, qabel ma pprova jaħrab. L-isparatura seħħet fiċ-ċentru tal-kapitali Franċiża, viċin ħafna ta’ Champs Elysees. Is-suspettat ġie identifikat minn karti li nstabu fil-karozza tiegħu, iżda ismu għadu ma xxandarx. Skont il-media Franċiża s-suspettat kellu 39 sena u kien meqjus bħala Iżlamist radikali.

Il-Prosekutur Francois Molin qal li dan ir-raġel kien magħruf bħala bniedem perikoluż. Dan minħabba li fl-2001 kien involut fi sparatura meta l-pulizija kienu qed jipprovaw jaqbduh. Infatti fl-2005 huwa ntbagħat 15-il sena ħabs wara li nstab ħati għal attentat ta’ qtil ta’ 3 uffiċjali tal-Pulizija. Huwa sostna li minkejja li l-identità tiegħu hija magħrufa mhuwiex se jinħareġ ismu minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Qal li għad irid jiġi determinat jekk kienx qed jaħdem ma xi ħadd. Żied jgħid li l-Pulizija qed tagħmel tfittxijiet fid-dar tal-aggressur f’Chelles, kif ukoll fil-karozza u arma li ħadulu lbieraħ wara li ntużaw fl-attakk.

Iż-żona qrib Champs Elysees ngħalqet għall-pubbliku, bil-Pulizija tappella lin-nies jevitaw iż-żona. L-investigazzjoni li nfetħet hi waħda fil-livell ta’ kontra t-terroriżmu b’dan l-inċident iseħħ tlett ijiem qabel l-ewwel round tal-elezzjoni Presidenzjali.

Il-President Franċiż, Francois Hollande qal li huwa konvint li dan kien attakk terroristiku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġurnata qabel jagħlaq l-ultimatum biex ir-reġjun Katalan fi Spanja jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar l-indipendenza, id-Deputat Prim Ministru Spanjola Soraya Saenz de Santamaria tat twissija lill-Mexxej tal-Katalunja Carles Puigdemont biex iwaqqaf…

Barranin, Kurżitajiet

Produzzjoni speċjali tal-musical rock tas-sittinijiet “Hair”, b’arranġament għall-era tal-President Amerikan Trump, se jibda f’Londra din il-ġimgħa biex jitfakkar il-50 anniversarju ta’ dan l-ispettaklu, li għal żmienu kien wieħed innovattiv għall-aħħar….

Barranin

L-alleanza tal-ġellieda Kurdi u Għarab, li għandha l-appoġġ tal-Istati Uniti, qalet li finalment għandha kontroll sħiħ ta’ Raqqa, li kienet meqjusa bħala l-fortizza tal-Istat Iżlamiku. Iktar kmieni llum is-Syrian Democratic…

Barranin

Bdot tilef ħajtu meta l-fighter jet li kien qed itajjar iġġarraf f’bażi tal-ajru qrib Madrid. Dan huwa t-tieni inċident fatali fi ftit jiem b’fighter jets fi Spanja. Fl-inċident tal-lum fighter…

Aktar