Saħħa
L-iskabbja diffiċli tittieħed mill-iskola – il-Prof Charmaine Gauci

Wara l-każ irrappurtat ilbieraħ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni fejn fi stqarrija ġie kkonfermat li feġġ każ uniku ta’ skabbja fl-iskola ta’ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, TVM għamel xi stħarriġ.

TVM intervista lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u Direttur Ġenerali tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci dwar l-iskabbja.

Il-Prof Gauci spjegat li l-iskabbja hija kkawżata minn tip ta’ dud li jbid u jkattar fuq il-ġilda tal-bniedem u jikkaġuna raxx li jqabbad ħafna ħakk. Kompliet tispjega kif din l-infestazzjoni tinfirex b’kuntatt dirett u għalhekk l-aktar li timmanifesta ruħha hija fil-familji u li s’issa qatt ma ġew irrappurtati każijiet sekondarji fl-iskejjel. Minkejja dan, hija qalet li l-iskola ta’ San Ġorġ Preca xorta waħda rat li tieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex tara li l-iskabbja ma tkomplix tinfirex.

Is-Supretendent għas-Saħħa – il-Professur Charmaine Gauci

Il-Prof Gauci qalet li f’każ bħal dan, l-iskola tara li kemm it-tifel kif ukoll familtu jiġu trattati għall-infestazzjoni. Qalet li dawk it-tfal li jkollhom l-iskabbja jistgħu jirritornaw l-iskola ġurnata wara li jkunu applikaw it-trattament għaliex dan tant huwa effettiv li ma jibqgħux infettivi wara 24 siegħa mill-kura.

Il-Prof Gauci qalet li f’każ ta’ skabbja, dejjem jittieħdu miżuri ta’ tindif fl-iskola, fejn jintbagħat ukoll fuljett informattiv lill-ġenituri li għandhom lil uliedhom fl-istess klassi mal-istudent/i li jkollhom l-iskabbja.

Hija ħeġġet lill-ġenituri jimxu fuq il-pariri maħruġa mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ mard infettiv u talbet lil kull min jaħseb li għandu sintomi ta’ skabbja jkellem lit-tabib tiegħu jew speċjalista tal-ġilda biex jingħata t-trattament meħtieġ.

Ir-raxx ikkawżat mill-iskabbja l-aktar li jfeġġ bejn l-iswaba tal-idejn, il-polż, il-qadd, il-partijiet privati, il-koxox, l-għabt tad-driegħ, taħt is-sider, il-warrani u l-minkeb.

Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel lill-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266109, 122, 111 jew 119.

Ara wkoll:

Każ ta’ skabbja fl-iskola primarja tal-Ħamrun

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Iż-żagħżugħ kien daħal il-ħabs ilbieraħ,…

Lokali

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera ħabbar skema għal sajjieda biex jiġbru l-iskart tal-plastik li jinqabad fix-xbieki tagħhom minn qiegħ tal-baħar. Is-sajjieda ser jiġu kkumpensati għal plastik li jinġabar minnhom. Qal li…

Lokali

X Factor Malta qed isejjaħ għall-kontribut ta’ kompożituri u awturi li jixtiequ li l-kanzunetti tagħhom jiġu interpretati mill-kontestanti tal-programm. Il-kanzunetti li jiġu magħżula jiġu interpretati waqt il-‘live shows’ fil-fażi finali…

Aktar