L-iskeda tal-ħarifa ta’ TVM tibda għada

tvamTVM għada jibda jxandar l-iskeda l-ġdida tal-programmi televiżivi, li tibda mas-sebħ fis-7.00 a.m. bil-programm TVAM ippreżentat mill-ġurnalista Norma Saliba.
Minkejja numru ta’ programm li se jkomplu mill-iskeda tas-sena l-oħra, din is-sena TVM għandu numru sostanzjali ta’ programmi ġodda wkoll. Ġodda mhux biss fil-kontenut, iżda anke fil-ħsieb tal-programm.

Fost il-programmi favoriti mat-telespettaturi li żammew posthom fl-iskeda nsibu d-drammi ‘Ħbieb u Għedewwa’, ‘Iċ-Ċaqqufa’, u Katrina. Magħhom ‘Niskata’, ‘Sibtek’, u ‘Ħadd Għalik’.

HADD L-AHBARJirritornaw ukoll il-programmi ta’ diskussjoni, ‘Reporter’, ‘Times Talk’, ‘Realtà’ li jixxandru għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija. Filwaqt li ‘Dissett’ ser ikollu ħin ġdid kull nhar ta’ Erbgħa wara l-aħbarijiet tat-8.00 p.m. Xarabank ukoll iżomm l-appuntament tiegħu mat-telespettutarui kull nhar ta’ Ġimgħa. Madankollu l-Ħadd filgħodu se jiddebutta, ‘Ħadt l-Aħbar’ b’analiżi tal-ġurnali ma’ Dr Ramona Frendo u l-Perit Michael Falzon fl-istess waqt li jixxandar ukoll fuq Radju Malta.

B’sensittività għal dak li jixtiequ t-telespettaturi, TVM ser iżid programm ieħor ta’ Drama bl-isem ta’ ‘Strada Stretta’, liema programm huwa mistenni b’antiċipazzjoni qawwija mit-telespettaturi. L-istorja ta’ ‘Strada Stretta se teħodna lura fi żmien meta din it-triq kienet fl-aqwa tagħha għad-divertiment u li fiha ma kienx hemm biss prostituzzjoni u qtil, imma bosta intriċċi oħra. Dan jibda jixxandar minn għada t-Tnejn, wara l-aħbarijiet tat-8.00 p.m.

SkjettiMit-Tnejn sal-Ġimgħa se jixxandru żewġ programmi ġodda fuq TVM. Qabel l-aħbarijiet tat-8.00 p.m. Quinton Scerri se jippreżenta l-programm ‘Skjetti’ li flimkien ma’ tim ta’ preżentaturi oħra se jkun qed jittratta l-istejjer b’laqta kultant umoristika. Ta’ kuljum l-iskjetti se jkunu qed jistaqsu lis-segwaċi tagħhom mistoqsija li se tkun tista’ tiġi mwieġba f’poll fuq tvm.com.mt.

Waranofsinhar Antonella Vassallo, Matilde Balzan u Corazon Mizzi se jwasslu lit-telespettaturi tagħrif dwar suġġetti varji waqt Twelve2three.

TVM se jkollu wkoll produzzjonijiet barranin bħal ‘X Factor UK’, ‘Britain’s Got Talent’, ‘Vatican Magazine’, u l-avvenimenti sportivi ewlenin tal-‘UEFA Champions’ League’ u l-‘UEFA Europa League’. TVM u TVM2 se jkomplu jxandru b’mod esklussiv il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tat-tim nazzjonali Malti għall-‘Euro 2016’, filwaqt li mbagħad TVM se jxandar ukoll il-51 partita kollha tal-kampjonati prestiġġjużi Ewropej ‘Euro 2016’ li se jsiru fi Franza f’Lulju tas-sena d-dieħla.

Fuq Radju Malta, se jibda jixxandar ‘breakfast show’ ġdid is-Sibt, filwaqt li fost il-ġimgħa se jibqgħu għaddejjin ‘Danusan’ fuq l-istess stazzjon, u ‘Carlo’s Breakfast Cafè’ fuq Magic.  Programmi oħra stabbiliti li se jibqgħu jixxandru fuq Radju Malta huma ‘Familja Waħda’ ta’ Lilian Maistre u ‘Għandi Xi Ngħid’ ta’ Dr Andrew Azzopardi.

Għal sena oħra tvm.com.mt se jkun qed joffri l-pjattaforma popolari tiegħu biex b’investiment qawwi joffri s-servizz tal-on demand u tal-live streaming tal-produzzjonijiet kollha li jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Qorti

Filmat imxandar minn TVM kien strumentali biex tliet ‘bouncers’ instabu ħatja li weġġgħu gravi lil żewġt irġiel f’Paceville. Fil-ftuħ tas-sentenza l-Maġistrat Joseph Mifsud iddikjara li l-każ kien wasal quddiem il-Qorti wara…

Qorti

Mill-investigazzjoni nstab li Lorin Scicluna kellu erba’ armi tan-nar reġistrati f’ismu fosthom waħda tad-9 millimetri. Qabel ħadu lil Lorin id-Depot, il-Pulizija marru sad-dar tiegħu u minn taħt is-sodda ġew elevati…

Qorti

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba. L-Ispettur Arnaud qal li…

Aktar