Lokali
L-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż se jerġgħu jiftħu fl-1 ta’ Lulju

Il-Federazzjoni tal-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż f’Malta (FELTOM) qed tidderieġi lill-iskejjel membri tagħha biex jerġgħu jibdew joperaw fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju.

Fi stqarrija l-FELTOM qalet li qed tagħmel dan b’rieda tajba biex iwasslu messaġġ li lesti jiġbdu l-ħabel mal-Gvern. Qalet li madankollu jixtiequ li l-Gvern jifhem li dawn l-iskejjel li se jiftħu se jagħmlu dan b’telf finanzjarju jekk il-Gvern ma jiggarantixxix pakkett ta’ salvataġġ ġust u meqjus sewwa u speċifikament għall-industrija.

FELTOM spjegat li ż-żmien huwa problema u li l-aħbar li l-ajruport se jerġa’ jiftaħ tħabbret lill-pajjiż ġimagħtejn biss qabel u dan ħalla ftit żmien lill-iskejjel biex jibdew l-isforzi promozzjonali tagħhom.

Qalet li l-linji gwida u l-protokolli meħtieġa biex jassiguraw li l-iskejjel jaħdmu taħt parametri raġonevolment siguri għadhom mhumiex ippubblikati u mingħajr dawn, huwa diffiċli ħafna għall-iskejjel li jistmaw is-servizzi rispettivi tagħhom b’mod xieraq.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar