Edukazzjoni
L-iskola l-ġdida fil-Qawra se tilqa’ l-istudenti f’Settembru

Iż-żieda fil-popolazzjoni u l-konċentrazzjoni ta’ familji barranin f’San Pawl il-Baħar wasslet biex fl-iskola primarja tal-lokalità, li fiha jattendu aktar minn elf student, ġew installati pre-fabricated classes mgħammra b’faċilitajiet għall-għalliem u l-istudenti.

Mis-sena skolastika li jmiss, dan l-ammont mistenni jinqasam fl-iskola ġdida li qed tinbena fil-Qawra b’investiment ta’ €12-il mljun.

Il-popolazzjoni studenteska fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar laħqet kważi 1,100 student u hi xhieda taż-żieda fil-popolazzjoni, speċjalment f’din il-lokalità. Kważi 800 minn 1,100 student huma barranin . . . li ġejjin minn 50 pajjiż differenti.

F’kummenti lil TVM, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina, Patrick Decelis, qal li minħabba ż-żieda kull sena fl-istudenti, saru arranġamenti biex l-mixja skolastika tagħhom tibda fin-Naxxar jew il-Għargħur.

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina, Patrick Decelis qal ”f’dan il-każ peress li hawnhekk kien hawn il-problema tal-ispazju, dawn l-istudenti l-Induction Hub flok qed jagħmluh fuq il-post qed jagħmluh f’Induction Hub apposta n-Naxxar, li kull sena qed ilaħħaq bejn wieħed u ieħor mal-100 ruħ. Meta jispiċċaw mill-Induction Hub tan-Naxxar biex ma noħolqux problema akbar fuq din l-iskola, dak il-100 ruħ qed imorru fl-iskola tal-Għargħur. Din ġrat is-sena l-oħra u s-sena ta’ qabel. B’kollox għandna 100 l-Għargħur u 100 l-Induction Hub.”

Is-Sur Decelis spjega li temporanjament fl-iskola hemm numru ta’ pre-fabricated classes bil-faċilitajiet kollha meħtieġa.

”Hemm dawn l-10 pre-fabricated classes u t-2 li ġew miżjuda ftit ilu sabiex ikollok il-1 to 1, counselling sessions fihom jew gruppi żgħar li jistgħu jsiru fihom, u fl-istess ħin għandna l-Induction Hub li qed joħodilna ftit huma dawk deħlin li ma jafux l-Ingliż jew il-Malti li qed imorru hemmhekk. Allura, kollox ma’ kollox sal-lum irnexxielna nkampaw.”

M’hemm l-ebda ħsieb li din l-iskola tagħlaq meta mis-sena skolastika li jmiss tibda tintuża wkoll l-iskola l-ġdida tal-Qawra.

”Se nieħdu nofs l-istudenti li hawn u jkollna żewġ skejjel: waħda ta’ San Pawl il-Baħar u l-oħra tal-Qawra. Tinsiex li din l-iskola, ma tiħux San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba biss imma għandek postijiet oħra bħal Burmarrad, Xemxija li wkoll qed jiżdiedu fil-popolazzjoni tagħhom.”

Il-bini tal-iskola l-ġdida fil-Qawra miexi ġmielu. Il-Perit tal-proġett, Joseph Attard, qal li f’din l-iskola se jkunu jistgħu jattendu 500 student u studenta b’faċilitjaiet oħra għall-komunità.

”Se jkun hemm sport facilities: gymnasium, childcare u diversi affarijiet oħra bħal science lab u librerija mal-iskola. Bażikament l-investiment hu ta’ madwar €12-il miljun u l-mira hi li f’Settembru tat-2019 jidħlu l-ewwel studenti.”

B’hekk, il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar se jkollha żewġ skejjel primarji b’daqs medju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar