Edukazzjoni
L-iskola li ddeċidiet li tibgħat ċirkolari bl-Ingliż biss irtirat id-deċiżjoni

Skola partikolari li ddeċidiet li tibda tibgħat iċ-ċirkolari lill-ġenituri bl-Ingliż biss ħolqot dibattitu jaħraq fuq il-midja soċjali.

Kien l-awtur Trevor Zahra li fuq Facebook ippubblika parti miċ-ċirkolari ta’ din l-iskola li kienet tgħid li, minħabba l-ammont ta’ studenti barranin fl-iskola, iċ-ċirkolari kienu se jibdew jiġu mibgħuta bl-Ingliż biss.

Iktar tard l-iskola jidher li rtirat din id-deċiżjoni u ħabbret li kienet se tibda tibgħat iċ-ċirkolari kemm bl-Ingliż u anki bil-Malti.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Edukazzjoni

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat…

Aktar