Lokali
L-Iskola San Andrea tirbaħ il-premju tal-vot pubbliku waqt il-Malta Climate Action Awards 2021

L-Iskola San Andrea rebħet il-premju tal-vot pubbliku waqt il-Malta Climate Action Awards 2021.

Dan il-premju ġie preżentat lill-Iskola San Andrea wara li l-pubbliku ntalab jivvota għall-aktar inizjattiva favur il-klima preferuta minn dawk li ġew sottomessi. Il-pubbliku seta’ jivvota billi jħalli like fuq l-aktar filmat li fl-opinjoni tiegħu hu favur l-ambjent.

Il-filmat ‘Sing for the Climate – Do it Now!’ isejjaħ lill-pubbliku biex iqum u jibni futur aħjar.

 

Il-Kap tal-Iskola, Stefania Bartolo qalet li bħala skola tħoss li t-tibdil fil-klima huwa l-akbar sfida ta’ żmienna u li se tifforma l-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri. Saħqet li rridu ngħallmu liż-żgħażagħ fuq din il-kriżi.

L-għan tal-Malta Climate Action Awards huwa li jirrikonoxxi u jiċċelebra l-azzjonijiet u l-kisbiet meħuda minn negozji lokali, organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, gruppi u individwi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima madwar il-Gżejjer Maltin.

L-iskola rringrazzjat lil Nic Balthazar li kien il-moħħ tal-kampanja Sing For The Climate (fil-Belġju). Huwa kien wera l-filmat waqt il-COP21.