Parlament
L-Ispeaker isib li Jason Azzopardi kiser il-privileġġ tal-Kamra fir-ruling li ta fis-seduta tat-Tnejn filgħaxija

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta fis-seduta tat-Tnejn filgħaxija, sab li kien ksur prima facie tal-privileġġ tal-Kamra fil-konfront tad-deputat nazzjonalsita Jason Azzopardi bi kliem li qal fl-aġġornament tas-seduta tal-Erbgħa filgħodu li l-
ex Prim Ministru Joseph Muscat kien sar jaf bi pjan li tinqatel Daphne Caruana Galizia u ried jeħles l-elezzjoni qabel ma ksir dan.

Id-deputat Azzopardi rrifjuta li jirtira l-kliem li qal u għalhekk l-Ispeaker Farrugia ordna li l-każ ta’ ksur ta’ privileġġ jitressaq quddiem il-Kumitat Parlamentari tal-privileġġi.

L-Ispeaker Farrugia rrefera għall-ordnijiet permanenti tal-Kamra li l-ebda deputat m’għandu jattribwixxi intenzjoni ħażina lil membru ieħor. Huwa qal illi d-deputat Azzopardi attribwixxa intenzjoni ħażina fil-konfront ta’ Dr Muscat.

Huwa żied jgħid li dan kien każ ċar u lampanti ta’ ksur ta’ privileġġ. Huwa kompla jgħid li d-diskors tal-avukat Jason Azzopardi li kien ikkaratterizzat minn temperament tajjeb u lanqas minn moderazzjoni.

L-Ispeaker tal-Kamra żied jgħid li l-privileġġ parlamentari m’għandux jiġi abbużat fost affarijiet oħra għax jista’ jkollu konsegwenzi terribbli fosthom it-tkissir tar-reputazzjoni tal-individwu li jkun abbużat. Qal li dan iqiegħed responsabbiltà kbira fuq id-deputati.

Għalhekk l-Ispeaker talab lid-deputat Azzopardi biex jirtira l-kliem li qal fil-konfornt tal-eks Prim Minsitru Muscat li kien sar jaf bi pjan biex tinqatel is-Sinjura Caruana Galizia u għalhekk sejjaħ elezzjoni kmieni.

Id-deputat nazzjonalsita Jason Azzopardi irrifjuta li jirtira kliemu talab lill-Gvern biex ilaqqa’ l-kumitat tal-privileġġ parlamentari.

L-Ispeaker qal li għalhekk ma kellu ebda għażla hlief li jiddikjara każ ta’ ksur ta’ privileġġ u rrefera l-każ lill-kumitat tal-privileġġi.

Huwa appella lid-deputati biex ikunu meqjusa fi kliemhom u ma jattribwixxu l-ebda intenzjoni ħażina lil deputati oħra. Żied jgħid li d-deputati għandhom juru rispett lejn xulxin, jużaw il-prudenza u jżommu d-diskussjoni fuq livell ċivili.

Wara l-għoti tar-ruling, l-Ispeaker Farrugia informa lill-Kamra li kien irċieva ittra mill-Whip tal-gvern Glenn Bedingfield li d-deputat Konrad Mizzi ma kienx parti mill-grupp Parlamentari Laburista. Qal li rċieva wkoll ittra mingħand Dr Konrad Mizzi li affirma li ma kienx għadu parti mill-grupp Parlamentari Laburista iżda li kien se jibqa’ lejn lejn l-istess gvern.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir bħal-lum ġimgħa. Fost it-temi fuq l-aġenda hemm imniżżla l-punti, ‘Qagħda Politika’ u ‘Azzjoni Konkreta’. Intant, TVM jinsab infurmat…

Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Aktar