Politika
L-Ispeaker jagħti ruling dwar il-kuntratt lil Konrad Mizzi

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità ma jkunux ippreżentati fil-Kamra tad-Deputati.

L-Ispeaker Farrugia ta dan ir-ruling fuq talba tal-whip tal-Gvern Glenn Bedingfield, li qal li l-kuntratt kien irtirat qabel saru ħlasijiet.

L-Ispeaker qal illi l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi kien qed jiddiskuti l-estmi finazjarji tal-Awtorità għat-Turiżmu, wara li dawn kienu ġew approvati mill-Parlament.

Qal li l-estmi ma jinkludux il-kontijiet awditjati tal-istess sena, fejn semma’ li l-awtorità għandha għadd ta’ ġimghat wara li tagħlaq is-sena finanzjarja biex tippreżenta l-kontijiet awditjati lill-Ministru tal-Finanzi. Huwa qal ukoll illi tliet membri tal-istess kumitat jistgħu jagħmlu talba lill-Awditur Ġenerali biex isir rapport fuq il-kwisjtoni.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Nhar il-Ħadd li għadda ġie estradit minn Malta Christopher Guest More Jr, li kien wieħed mill-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa, qabel ma nqabad f’Malta f’Ġunju li għadda. L-awtoritajiet Maltin kienu involuti…

Konsumatur

It-traħħis imħabbar mir-regolatur f’dak li huma ċilindri tal-LPG b’effett minn għada se jkun ifisser li se jkun hemm traħħis ta’ €1 għal ċilindri ta’ 12kg fejn minn €16 issa se…

Reliġjon

Fi knisja mneżża’ minn kull xorta ta’ armar, u nieqsa mill-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin bil-għan li jersqu eqreb…

COVID-19

“Il-COVID-19 kważi qatlitni.” Dawn kienu l-ewwel kelmtejn ta’ Matthias Kentzia, żagħżugħ Malti li spiċċa fil-kura intensiva fi Spanja wara li ġie infettat bil-Coronavirus. “Għadni ġej minn ġimagħtejn mitluq ġo sodda…

Aktar