Barranin
L-Ispeaker taċċetta li jibdew proċeduri kontra l-President Trump

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter.

“The facts are uncontested. The president abused his power for his own personal political benefit, at the expense of our national security, by withholding military aid and crucial Oval Office meeting, in exchange for an announcement of an investigation into his political rival,” qalet Pelosi.

Pelosi sostniet li d-demokrazija tinsab mhedda mill-President Trump u l-kungress ma jistax ma jaġixxix. Hija tkellmet ġurnata biss wara li l-Kumitat Ġudizzjarju tal-kungress ikkunsidra l-akkuża ta’ abbuż ta’ poter minn Trump. Min-naħa tiegħu Trump qal li l-proċeduri għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun ħalli l-pajjiż jerġa’ lura għan-normalità.

Pelosi qalet li hemm fatti ċari li l-President abbuża mill-poter għall-benefiċċju tiegħu u mmina s-sigurtà nazzjonali meta għamel pressjoni fuq l-Ukrajna biex tagħmel investigazzjoni fuq ir-rival politiku tiegħu.

Tliet esperti legali li taw ix-xhieda tagħhom quddiem il-Kumitat Ġudizzjarju tal-Kungress qalu li fl-azzjoni tiegħu Trump ried itappan ir-reputazzjoni tal-familja Biden qabel l-elezzjonijiet presidenzjali tas-sena d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Alexei Navalny, il-mexxej tal-Oppożizzjoni fir-Russja u kritiku tal-President Russu Vladimir Putin, ġie rilaxxat mill-isptar f’Berlin fejn kien qed jingħata l-kura wara li kien ġie avvelenat. L-isptar Charité qal li temm il-kura…

Aktar