Infrastruttura
L-ispejjeż għar-restawr tal-Pro Katidral Anglikan irduppjaw għal €7 miljun

Hekk kif ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt mistennija jibdew dalwaqt, tħabbar li l-ispiża għalihom żdiedet b’mod sostanzjali.

F’konferenza tal-aħbarijiet, l-għaqda ambjentali Save Valletta Skyline Appeal qalet li l-ispiża kienet irduppjat biex issa qed taqbeż €7 miljun.

Fost ir-raġunijiet għal dan id-distakk hemm il-fatt li meta saru l-kwoti tal-ispejjeż madwar sena u nofs ilu, kienet għadha mhix disponibbli informazzjoni teknika dettaljata dwar il-ħsarat. Barra minn hekk, għolew ukoll il-prezzijiet tal-industrija tal-kostruzzjoni.

Attwalment inġabru €1 miljun minn donazzjonijiet privati, u nkisbu wkoll €1.2 miljun minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Saret ukoll applikazzjoni għal madwar €5 miljun oħra f’fondi Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-isbaħ tfajla fid-dinja hija Vanessa Ponce.  Hija Messikana u għandha 26 sena.  Din hija l-ewwel darba li tfajla mill-Messiku rebħet dan it-titlu prestiġġjuż. Iggradwata fil-kummerċ internazzjonali u tagħmel xogħol ta’…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena mill-Pietà nżamm arrestat wara li ġie akkużat li hedded lil missieru waqt argument fid-dar tagħhom f’Ħaż-Żabbar. Jeffrey Sultana wieġeb mhux ħati li nhar is-Sibt li għadda…

Qorti

Themistocles Attard minn Birżebbuġa nfexx jibki u jħabbat idejh fuq rasu malli sema’ li ser jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li wettaq hold up f’ħanut tal-merċa f’Santa Venera u…

Aktar