Televiżjoni u Radju
‘L-Ispettur’, serje televiżiva ġdida minn April fuq TVM

Jekk minn tliet snin ilu ‘l hawn mort sat-Teatru Manoel, xi darba jew oħra, aktarx li smajt bl-Ispettur Bonnici.

‘Fl-Isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispettur Bonnici’, ‘L-Għerf u l-Glorja tal-Ispettur Bonnici’ u ‘Ave Maria għall-Ispettur Bonnici’ jikkostitwixxu t-triloġija marbuta ma’ dan il-famuż spettur li ttellgħet tul dawn l-aħħar tliet snin fil-qalba tal-Belt Valletta. Liema atti, niżlu tajjeb ferm mal-pubbliku.

Fid-dawl ta’ dan is-suċċess, it-triloġija se tkun qed timxi mill-palk għal fuq it-televixin bl-isem ta’ ‘L-Ispettur’, hekk kif f’April tas-sena d-dieħla mistennija tiddebutta bħala serje televiżiva fuq Television Malta. Kollox, mgħaġun f’għaxar episodji.

Intant, f’dawn l-aħħar jiem beda l-iffilmjar f’uħud mis-swali vojta ġewwa l-isptar San Luqa. U, waqt li kienu għaddejjin il-provi, żorna l-post, u fost l-oħrajn għedna kelma mal-kittieb u d-direttur tal-produzzjoni, Mario Philip Azzopardi, u l-assistent tiegħu, Michael Kissaun. Qalulna, li b’kollox se jieħdu sehem mas-sittin karattru, uħud atturi stabbiliti, oħrajn uċuħ ġodda.

L-attur veteran Mario Micallef, li se jkun qed jinterpreta l-parti tal-Ispettur Salvu Bonnici, spjegalna li l-protagonist huwa bniedem rett, iebes, u li ma jara wiċċ ħadd. Madanakollu, bħal kulħadd, għandu d-dgħufijiet tiegħu wkoll.

L-attriċi tant’ieħor popolari Monica Attard, min-naħa l-oħra, se tkun qed tinterpreta l-karattru ta’ Karmen, il-mara tal-protagonist. Qaltilna, li l-istorja, lil hinn mill-fittizju, tista’ tidentifika ruħha magħha kull familja minħabba l-fatt li l-iżvolġiment tagħha jaf jolqotna lkoll fil-laħam il-ħaj.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Wara l-breakfast show ta’ dalgħodu, Anna ttantat xortiha wkoll u rnexxielha tagħmel challenge li f’dawn l-aħħar jiem qed iddur fuq il-midja soċjali. Araw iċ-challenge fil-filmat t’hawn taħt. Inti pruvajtha? Carlo 's Breakfast…

Artiġjanat

Jekk nerħulha għal għonq it-triq nintebħu li ħafna mill-irħula tagħna huma mgħonija b’niċeċ mill-isbaħ li jagħtu ġieħ lill-fidi Nisranija li sa minn dejjem ikkaratterizzat ‘il-gżejjer Maltin. Iż-żagħżugħ Malti Joseph Micallef…

Televiżjoni u Radju

Twieled u trabba l-Belt Valletta. Fl-imgħoddi kienet l-hena tiegħu jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Wara kors fid-drama, bil-mod il-mod, beda jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi, fosthom ‘Deċeduti’ u ‘Qlub Imweġġgħa’,…

Aktar