
Fuq il-ftuħ mill-ġdid tar-restoranti, is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa ħadmu mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex jaraw x’passi jistgħu jittieħdu biex il-lukandi u restoranti jkunu jistgħu joperaw.
Prof Gauci qalet li l-uffiċjali tal-MTA għaddejjin bi spezzjonijiet biex jiċċekkjaw liema huma r-restoranti li ħadu dawn il-miżuri u jagħtuhom iċ-ċertifikazzjoni, biex anki l-klijenti jkunu infurmati li l-ħanut qed josserva l-mezzi ta’ mitigazzjoni.
Żiedet li se jibqgħu jsiru spezzjonijiet mill-uffiċjali tas-saħħa ambjentali, li xogħolhom normalment huwa li jassiguraw is-sigurtà tal-ikel, biex dawn jaraw li l-miżuri mir-ristoranti qed jibqgħu jiġu osservati.
Prof Gauci sostniet li l-poplu għandu responsabbiltà, u kull min ħa jibda juża s-servizzi rilaxxati għandu jieħu l-miżuri ta’ mitigazzjoni biex bil-mod il-mod immorru għan-normal il-ġdid.
Ara wkoll: