Saħħa
L-ispiżjar jista’ jirrifjuta li jbigħ il-Morning After Pill?

Fuq il-programm TVAM, ġiet diskussa t-tema tal-morning after pill u kif tinbigħ fl-ispiżeriji.

Dr Claire Shoemake u Dr John Vella, it-tnejn membri tal-Malta Chamber of Pharmacists, qalu li spiżerija tista’ tagħżel li ma tbigħx il-morning after pill.

Dr Shoemake qalet li l-morning after pill tinbigħ mingħajr il-bżonn ta’ riċetta fuq il-ġudizzju professjonali u l-kuxjenza tal-ispiżjar. Qalet li għalhekk, l-ispiżjar, anke jekk huwa impjegat fi spiżerija li tbigħ din il-pillola, jista’ jirrifjuta li jbigħha. Minkejja dan, l-ispiżjar fi dmiru jrid jiggwida l-pazjent minn fejn jista’ jinqeda.

Dr Vella semma li l-ispiżjara għandhom dritt jagħmlu dan bil-liġi  tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-etika.

Fil-programm ġiet diskussa wkoll ir-responsabbiltà professjonali tal-ispiżjara fejn issemmew l-aktar mistoqsijiet komuni li l-ispiżjar se jsaqsi lill-pazjent qabel ma jbigħ il-pillola.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk: 

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar