Barranin
L-isplużjonijiet li qatlu 3 pumpiera fl-Italja saru bi skop

Sid ir-razzett f’Alessandria fejn mietu 3 pumpiera ammetta li l-isplużjonijiet saru bi skop.

Giovanni Vincenti qal li fir-razzet kien rama’ ċilindri tal-gass b’timer biex jisplodu l-propjetà u jieħu l-polza tal-assikurazzjoni.

Vincenti għandu 55 snea u f’interrogatorju li dam mal-10 sigħat, huwa ammetta mal-pulizija li kollox kien maħduma.

Huwa qal li l-intenzjoni tiegħu qatt ma kienet li joqtol lill-pumpiera tant hu hekk li kien ippjana li sseħħ splużjoni waħda biss iżda kkalkula ħażin bit-timers bir-riżultat li seħħet it-tieni slużjoni li kienet fatali għal Matteo Gastaldo, Marco Triches u Antonio Candido.

Mill-investigazzjonijiet li qed isiru, jidher li t-traġedja setgħet tiġi evitata l-għaliex Vincenti kien ġie infurmat minn uffiċjal tal-Pulizija li kollox kien taħt kontroll wara l-ewwel splużjoni.

Fir-razzett kien hemm 6 ċilindri tal-gass.

Ara wkoll:

Imutu 3 pumpiera Taljani wara li sploda ċilindru tal-gass

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċina feġġew żewġ każijiet tal-Pesta li mhumiex qed jiġu meqjusa bħala allarmanti hekk kif kollox jinsab taħt kontroll. Dan qalitu l-WHO li kkonfermat li f’Bayannur, fir-reġjun Ċiniż tal-Mongolja, żewġ persuni…

Barranin

Id-Direttur tal-FBI Christoher Wray qal li l-operazzjonijiet ta’ serq ta’ intelligenġa u spjunaġġ mill-Gvern Ċiniż hu l-akbar thedddida għall-futur tal-Istati Uniti. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fl-Istitut ta’…

Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

Aktar