L-Isqallin f’Kordin: it-tmien qabda sostanzjali f’ħames xhur

Tressqu l-Qorti t-tliet Sqallin li l-kmieni l-bieraħ filgħodu ġew arrestati mill-Pulizija ftit tal-ħin wara li kienu għadhom kemm waslu minn Sqallija u nqabdu fil-pussess ta’ sitt kilogrammi droga.

Claudio di Bella ta’ 30 sena, Alfio Strano ta’ 48 sena u Fernando Rubino ta’ 54 sena, kollha minn Katanja, wieġbu mhumiex ħatja li mpurtaw id-droga f’Malta. Huma ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u ntbagħtu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

tvm.com.mt hu infurmat li din il-qabda ta’ droga hi riżultat ta’ ġimgħat ta’ stħarriġ mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga li wasslet biex tkisser ċirku ta’ persuni li kienu qed jitraffikaw id-droga f’Malta.

Fil-vettura tal-Isqallin, il-Pulizija sabu mal-5 kilogrammi raża tal-kannabis u żewġ pakketti b’madwar kilogramma ta’ sustanza suspettata li hi ħaxixa tal-kannabis.

Dik tal-bieraħ kienet it-tmien qabda sostanzjali ta’ droga mill-Pulizija fl-aħħar ħames xhur.

F’dawn l-operazzjonijiet, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabet 21 kilo raża tal-kannabis, 20 kilo ħaxixa tal-kannabis, kilogramm kokaina u qrib in-nofs kilo eroina.

Din id-droga instabet f’ħidmiet differenti fis-Swieqi, Buġibba, il-Mosta, Wied il-Għajn, Paceville, il-Gżira, Ħal Qormi u l-Marsa.

F’dawn il-qabdiet kienu arrestati bosta barranin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Aktar