Knisja Maltija
L-Isqfijiet jappellaw għal kalma u għaqda fil-ħidma għall-ġustizzja

L-Isqfijiet ta’ Malta appellaw lill-Kattoliċi biex f’dawn il-ġranet ta’ tensjoni jfittxu li jaħdmu flimkien, b’mod kalm u konvint, għall-verità u l-ġustizzja.

Fi stqarrija konġunta l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta Joe Galea Curmi u l-Amministrur Appostoliku t’Għawdex Mario Grech, qalu li l-ħidma għall-ġustizzja għandha ssir f’imħabba u b’rispett lejn xulxin.

Qalu li f’dan l-appell jingħaqdu mal-President tar-Repubblika George Vella, biex is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha ma tkabbarx il-firda. Żiedu li fi spirtu ta’ għaqda kulħadd irid jaħdem biex l-istituzzjonijiet jagħmlu d-dover tagħhom bir-reqqa u b’mod imparzjali.

L-Isqfijiet qalu li l-opinjonijiet leġittimi għandhom ikunu espressi b’rispett lejn l-oħrajn, lejn il-verità u mingħajr ma wieħed jaqa’ fin-nassa tal-mibegħda, tal-gideb u tal-vjolenza.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħala Ministru tal-Edukazzjoni se jaħdem, fost affarijiet oħra, biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fis-sistema biex ħadd ma jaqa’ lura, u biex iżjed nies ikomplu jistudjaw, anke…

Politika

Waqt żjara fil-ħwienet fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Robert Abela intlaqa’ mill-pubbliku, is-sidien, u l-ħaddiema tal-istabillimenti fi Triq ir-Repubblika. Dr Abela qal li l-Gvern qiegħed u ser ikompli jwettaq il-wegħda tiegħu…

Lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Terry Jones; storiku u artist, magħruf l-iktar għas-serje televiża Monty Python and the Flying Circus. Terry Jones miet ta’  77 sena, wara li għall-aħħar erba’ snin kien…

Politika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ttermina b’effett immedjat il-kuntratti kollha ta’ konsulenza li kellha għal dawn l-aħħar snin persuna fi ħdan l-istess ministeru. Dan wara li rriżulta minn investigazzjoni…

Aktar