Lokali
L-Isqof Grech jitkellem dwar it-tama fil-forom varji tagħha

L-Isqof t’Għawdex Monsinjur Mario Grech f’pastorali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija tkellem dwar it-tama u saħaq fuq bosta esperjenzi fejn it-tama hija l-ossiġnu tal-ħajja. Qal li din l-esperjenza tinsab fost oħrajn fl-isptarijiet, fil-ħabs u fiċ-ċentri ta’ rijabiltiazzjoni.

Monsinjur Grech tkellem dwar il-konsegwenzi meta t-tama naqset fil-ħajja soċjali, familjari u tan-nazzjon. Wissa’ fuq dak li sejjaħ faqar materjali, affettiv, intellettwali, emozzjonali u ta’ valuri. Qal li dan iż-żmien hu mmarkat b’għadd ta’ kriżijiet personali, familjari, ekonomiċi u istituzzjonali għax donnu nħolqot kultura ta’ suspett f’kollox u f’kulħadd. Qal li din kapaċi tagħmel ħsara lill-istituzzjonijiet tad-demokrazija u lill-istess ekonomija.

L-Isqof Grech, qal li hemm kriżi ta’ tama f’uħud mill-Insara li m’humiex konformi mal-liġi morali. Wera tħassib dwar l-Insara li jitfixklu quddiem ċertu aġġornament li qed tagħmel il-Knisja fl-approwċ pastorali. Saħaq fuq id-dritt tat-tama u li dan ma jinsteraqx.

L-Isqof Grech innota l-kisbiet li għamlu t-teknoloġija, ix-xjenzi, l-ekonomija u l-politika. Żied jgħid iżda li mhux kulħadd jista’ jgawdi minnhom, għax qal hemm min jiġi sfruttat biex iduq il-frott tagħhom, bħal fil-kamp tas-saħħa jew meta jiġi bżonn ta’ servizzi professjonali.

Sostna li but imħaxxen mhux bilfors ifisser li l-qalb hija mimlija.

Fil-pastorali Monsinjur Grech tkellem ukoll dwar dawk li sejjaħ tamiet qarrieqa u b’referenza għad-diskussjoni dwar il-legalizazzjoni tad-droga għar-rikreazzjoni qal li s-soċjetà m’għandhiex tamiet bi prezz irħis. Huwa tajjeb, qal l-Isqof Grech, li wieħed jagħti tama lill-immigranti billi jipprovdilhom xogħol, imma wissa’ kontra l-isfruttament tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa favur investigazzjoni iktar wiesgħa minn awtoritajiet Ewropej bħal Europol, ħalli jekk hemm persuni involuti fid-delitt tagħha ma…

Lokali

Mara ta’ 30 sena miż-Żurrieq mietet wara li ttajret minn karozza fix-xatt tal-Gżira.  L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 tal-lejla quddiem id-daħla ta’ Manoel Island.  Hija ttajret minn xufier ta’ 40 sena…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal illi l-konferenza mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija qajmet aktar dubji u inċertezzi u ma tagħtix serħan il-moħħ li qed isir l-aqwa possibbli biex issir ġustizzja. Dr Delia…

Lokali

Konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn organizzata mill-Awtorità tat-Turiżmu, qed tħares lejn kif tista’ tintroduċi t-turiżmu reliġjuż lejn Malta. Dan it-tip ta’ turiżmu jkompli jsaħħaħ l-istrateġija tal-awtorità biex it-turiżmu lejn Malta…

Aktar