Lokali
L-istaġun tal-lampuki mistenni jkun qasir

Beda tajjeb l-istaġun tal-lampuki din is-sena iżda bejjiegħa tal-ħut qalu li l-istaġun mistenni jkun wieħed qasir! Il-ħut frisk u tradizzjonijiet marbuta mas-sajd se jkunu fil-qalba ta’ attività organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd fir-raħal tas-sajjieda.

Minkejja li l-istaġun tal-lampuki għadu bilkemm għalaq xahar, is-sajjieda diġà jħossu li dan se jerġa’ jkun staġun ieħor batut. Waqt li s-sajjieda kienu bejn sema u ilma fuq il-luzzijiet tagħhom, il-bejjegħa tal-ħut fix-xatt ta’ Marsaxlokk qalu li dis-sena il-lampuki reġgħu kienu skarsi.

F’Marsaxlokk, Victor Aquilina, sid ta’ ristorant, qal ma’ tvm.com.mt li l-lampuka fl-istaġun tagħha baqgħet ikla favorita tal-Maltin.

Minkejja li l-lampuki mhux jinqabdu bl-abbundanza, ix-Xlukkajri fi tmiem il-ġimgħa se jerġgħu jagħmlu festa ħut għax wara kollox id-diversità tal-baħar toffri varjeta ta’ ħut. Waqt li ħabbar din l-attività, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li nbeda l-proċess biex jinbena l-breakwater fil-Port ta’ Marsaxlokk. Huwa qal li bdew diskussjonijiet ma’ diversi entitatijiet biex dan isir.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Segwi Ħadt l-Aħbar mal-Avukata Ramona Frendo u l-Perit Michael Falzon Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum 25/02/2018 The Sunday Times Fuq il-faċċata ritratt tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro…

Lokali

Mawra edukattiva għal studenti tat-tieni sena tal-iskola San Benild f’Tas-Sliema kienet ikkaratterizata mill-element tradizzjonali Malti. Ewlenin fosthom il-karozzin, il-lanċa kif ukoll għanjiet Maltin. Fuq in-noti tal-kanzunetta tal-Greenfields – il-karozzin –…

Lokali

Ħoss ġdid u frisk għal The Travellers, il-band li stabbilixxiet ruħha dan l-aħħar għall-kanzunetti li toħroġ bil-Malti u li tant kisbet popolarità bihom. Minn għada, din il-band se tkun qed…

Lokali

Tliet persuni nżammu arrestati mill-Pulizija wara li f’rejd li sar f’residenza u garaxx f’Ħal Qormi mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga nstabu sustanzi suspettati li huma raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis, kokaina u…

Aktar