Sajd
L-istaġun tal-lampuki: Weraq tal-palm b’xejn lis-sajjieda

Fuq l-għatba tal-istaġun tal-lampuki, il-gvern qiegħed jagħti lis-sajjieda weraq tal-palm mingħajr ħlas.

F’laqgħa mas-sajjieda f’San Pawl il-Baħar, il-Ministru għas-Sajd Anton Refalo qal li b’din l-inizjattiva qed id-Dipartiment tas-Sajd qed joffri serħan il-moħħ lis-sajjieda li se jkollhom biżżejjed palm biex jippreparaw il-kannizzati tagħhom.

Qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-istaġun tal-lampuki li jiftaħ uffiċjalment fil-ħmistax ta’ Awwissu.

Għal sena oħra, il-mija tnejn u għoxrin sajjied li jistadu għall-lampuki se jkollhom is-sajda tagħhom faċilitata hekk kif se jkunu pprovduti bil-palm. Dennis Calleja li ilu jaħdem bħala sajjied għal mill-inqas ħmistax-il sena spjega għaliex il-weraq tal-palm hu essenzjali fis-sajd għal-lampuki.

”Fis-sajda dak nagħmlu ċ-ċima norbtuh wara ċ-ċima biex il-ħut toqgħod taħt il-palma għall-kenn jekk ikun hemm lampuka toqgħod taħtu.”

Qal li ż-żbir tal-palm huwa diffikultuż għax is-sajjieda ma jistgħux jaqbdu u jaqtgħu l-palm mit-toroq.

”Għax ma ssibx il-palm, ikollok posta tal-palm u jkollok id-dudu u kien jispiċċa l-palm għax kienet tmut is-siġra.”

Id-direttur tad-dipartiment tas-Sajd, Alicia Said qalet li nqatgħu iktar minn ħmistax-il elf werqa tal-palm minn 800 siġra.

“Niffaċilitaw ix-xogħol tas-sajjied għax għandhom żmien twil ta’ preparazzjoni, iridu jarmaw iċ-ċimi, nylon u dak kollu li jġib miegħu s-sajd, u jridu jfittxu l-palm biex ikunu jistgħu jaħdmu.”

Il-Ministru responsabbli għas-Sajd, Anton Refalo, qal li dan hu mod ieħor kif il-gvern jassisiti lis-sajjieda f’ħidmiethom.

“Qabel konna niżbru l-palm aħna minn postijiet pubbliċi imma illum morna għand il-privat u l-kumpaniji u entitajiet privati anki individwi li offrew u hemm għamilna żabra ġenerali biex aħna nakkwistaw għas-sajjieda.”

Il-Ministru spjega li qed tingħata wkoll kura lill-palm li jkun inqata’ l-weraq minnu biex ma jiġix attakkat mill-bumunqar li tant għamel ħsara lis-siġar tal-palm fis-snin li għaddew.

Aħbarijiet Oħra

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta ħadu d-deċiżjoni sabiex l-14-il edizzjoni ta’ Notte Bianca tiġi mibdula f’attivitajiet distinti u separati mifruxa fuq…

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6…

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Aktar