Lokali
‘L-Istat għandu jagħmel użu mill-mezzi kollha disponibbli skont il-liġi’ – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u eżegwixxa l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Qal dan b’referenza għal dak li ġie żvelat kmieni t-Tlieta filgħodu, jiġifieri li ġie arrestat il-‘middleman’ fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia, u li dan qed jitlob għall-maħfra presidenzjali biex jikxef il-moħħ l-assassinju tagħha. Dr Delia saħaq li dan “jidher li hu mument delikat fl-investigazzjonijiet dwar dawk kollha involuti, kompliċi jew responsabbli, direttament jew indirettament, mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.”

Fl-istqarrija u f’isem il-Partit Nazzjonalista Delia żied irodd ħajr u jwassal messaġġ ta’ kuraġġ lill-membri tal-ġudikatura u investigaturi kollha involtuti fil-proċess biex issir ġustizzja ma’ Caruana Galizia u l-familja u l-għeżież tagħha, u mal-ġurnalisti kollha li jipperikolaw ħajjithom fit-tfittxija għall-verità, u mas-soċjetà Maltija kollha kemm hi.

Il-Partit Demorkatiku min-naħa tiegħu qal li l-maħfriet presidenzjali għandhom prezz u jridu jwasslu għall-verità kollha. Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku stqarr li hemm bżonn l-assistenza tal-esperti, inklużi tal-FBI, biex dak li jista’ jingħad mill-allegata intermedjarju jwassal biex tinqered dak li sejjaħ il-Mafja li wettqet dan id-delitt.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Studju xjentifiku dwar it-tniġġis tal-arja li ġie ppubblikat f’rivisti internazzjonali, jikkalkula l-effetti fit-tul ta’ dan it-tniġġis fuq saħħet il-bniedem. B’mod ġenerali l-istudju juri tnaqqis fl-elementi fini ta’ tniġġis mal-pajjiż iżda…

Immigrazzjoni

Il-pressjoni tal-immigrazzjoni irregolari mil-Libja lejn ix-xtut Ewropej kompliet żdiedet minħabba l-pandemija li qed twassal biex bosta ħaddiema fil-Libja li ma jikkwalifikawx għall-ażil qed jittantaw xortihom jaqsmu l-baħar. Ċifri li għandu…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Edukazzjoni li jħarreġ persuni biex isiru għalliema, qed isib diffikultà biex joffri l-kors tal-Malti għal dawk li jixtiequ jgħallmu s-suġġett. Il-Kap tal-Istitut Joanne Grima stqarret li l-Istitut għadu ma…

Ħatriet

It-twettiq ta’ ppjanar aħjar favur l-futur ta’ żvilupp sostenibbli tal-pajjiż ser ikun iffukat fuq l-integrazzjoni ta’ tliet pilastri ewlenin – l-ekonomija, l-ambjent u l-qasam soċjali. Dan ġie mħabbar mill-Ministru fl-Uffiċċju…

Aktar