Barranin
L-Istat ta’ Texas ineħħi r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija

L-Istat ta’ Texas fl-Istati Uniti neħħa r-restrizzjonijiet kollha marbuta mal-pandemija, inkluż l-ilbies tal-maskla. Ħabbar dan il-Gvernatur tal-Istat Greg Abbott, li qal li għamel dan bil-għan li Texas issa jkun miftuħ kollu kemm hu u n-negozju jerġa’ jqum fuq tiegħu.

Intant, il-Gvernatur Repubblikan qed jaffaċċja kritika kbira mill-partit tiegħu stess għal dan l-aġir. Dan hekk kif l-amministrazzjoni tal-President Joe Biden għamlitha ċara li r-restrizzjonijiet għadhom importanti.

Texas huwa l-akbar stat li neħħa l-liġi tal-ilbies tal-maskli, bi stati oħra bħal Michigan, Louisiana, u Mississippi jimxu fl-istess direzzjoni.

L-Istati Uniti huwa l-iktar pajjiż b’imwiet mill-Covid-19, hekk kif il-ġimgħa li għaddiet it-total ta’ fatalitajiet qabeż in-nofs miljun ruħ.