Barranin
L-istat Victoria fl-Awstralja jerġa’ jiddikjara stat ta’ diżastru

L-istat Victoria fl-Awstralja reġa’ ddikjara stat ta’ diżastru qabel it-tbassir ta’ kundizzjonijiet dinamiċi perikolużi f’żona fejn hemm in-nirien. Minkejja li l-kriżi tan-nirien ilha għaddejja minn Settembru dan l-istat fix-xlokk tal-pajjiż dieħel f’dak li qed jitqies bħala agħar xhur tan-nirien.

Aktar minn miljun ettaru ta’ art f’Victoria nħarqet u tliet persuni tilfu ħajjithom fin-nirien. Il-Prim Ministru Scott Morrison kkonferma li 27 persuna mietu fl-Awstralja kollha, fejn inqerdu aktar minn elfejn dar. Hu mbassar li l-periklu se jkun l-akbar għada minħabba t-temp sħun.

Saru twissijiet ukoll għal South Australia u New South Wales minħabba n-nirien, li qed ipoġġu f’periklu lil għadd ta’ persuni u djar.

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Uffiċjali tal-FBI kkonfermaw li rnexxielhom jintraċċaw u jwaqqfu pakkett indirizzat lil Trump li kien mimli bil-velenu ricin. Il-pakkett kellu jasal il-White House iżda l-FBI u uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti rnexxielhom jintebħu…

Aktar